This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011AP0107
EC-Canada air transport agreement *** European Parliament legislative resolution of 24 March 2011 on the draft decision of the Council and of the Representatives of the Governments of the Member States of the European Union, meeting within the Council on the conclusion of the Agreement on Air Transport between the European Community and its Member States, of the one part, and Canada, of the other part (15380/2010 – C7-0386/2010 – 2009/0018(NLE))
Ftehim bejn il-KE u l-Kanada dwar it-Trasport bl-Ajru *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 24 ta’ Marzu 2011 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, mlaqqgħin fil-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (15380/2010 – C7-0386/2010 – 2009/0018(NLE))
Ftehim bejn il-KE u l-Kanada dwar it-Trasport bl-Ajru *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 24 ta’ Marzu 2011 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, mlaqqgħin fil-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (15380/2010 – C7-0386/2010 – 2009/0018(NLE))
ĠU C 247E, 17.8.2012, p. 40–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 247/40 |
Il-Ħamis 24 ta’ Marzu 2011
Ftehim bejn il-KE u l-Kanada dwar it-Trasport bl-Ajru ***
P7_TA(2011)0107
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2011 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, mlaqqgħin fil-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (15380/2010 – C7-0386/2010 – 2009/0018(NLE))
2012/C 247 E/12
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill (15380/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-Kanada (08303/10/2009), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0386/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) u tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0045/2011), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kanada. |