EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0431

Kawżi magħquda C-431/09 u C-432/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 13 ta’ Ottubru 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mill-Hof van beroep te Brussel — il-Belġju) — Airfield NV, Canal Digitaal BV (C-431/09) vs Belgische Vereniging van Auteurs, Componisten en Uitgevers CVBA (Sabam) (C-431/09), Airfield NV (C-432/09) vs Agicoa Belgium BVBA (C-432/09) (Drittijiet tal-awtur — Xandir bis-satellita — Direttiva 93/83/KEE — Artikoli 1(2)(a) u 2 — Komunikazzjoni lill-pubbliku bis-satellita — Fornitur ta’ pakkett bis-satellita — Uniċità tal-komunikazzjoni lill-pubbliku bis-satellita — Imputabbiltà ta’ din il-komunikazzjoni — Awtorizzazzjoni mill-proprjetarji ta’ drittijiet ta’ awtur għal din il-komunikazzjoni)

ĠU C 355, 3.12.2011, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mill-Hof van beroep te Brussel — il-Belġju) — Airfield NV, Canal Digitaal BV (C-431/09) vs Belgische Vereniging van Auteurs, Componisten en Uitgevers CVBA (Sabam) (C-431/09), Airfield NV (C-432/09) vs Agicoa Belgium BVBA (C-432/09)

(Kawżi magħquda C-431/09 u C-432/09) (1)

(Drittijiet tal-awtur - Xandir bis-satellita - Direttiva 93/83/KEE - Artikoli 1(2)(a) u 2 - Komunikazzjoni lill-pubbliku bis-satellita - Fornitur ta’ pakkett bis-satellita - Uniċità tal-komunikazzjoni lill-pubbliku bis-satellita - Imputabbiltà ta’ din il-komunikazzjoni - Awtorizzazzjoni mill-proprjetarji ta’ drittijiet ta’ awtur għal din il-komunikazzjoni)

(2011/C 355/03)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Airfield NV, Canal Digitaal BV (C-431/09) Airfield NV (C-432/09)

Konvenuti: Belgische Vereniging van Auteurs, Componisten en Uitgevers CVBA (Sabam) (C-431/09), Agicoa Belgium BVBA (C-432/09)

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Hof van beroep te Brussel — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(2)(a) u 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE, tas-27 ta’ Settembru 1993, dwar il-kordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 01, p. 134).- Dritt esklużiv tal-awtur li jawtorizza l-komunikazzjoni tax-xogħlijiet tiegħu — Xandira, minn korp tax-xandir, ta’ sinjali li jwasslu programmi għall-attenzjoni ta’ xandar tat-televiżjoni diġitali permezz ta’ satellita indipendenti — Ritrażmissjoni sussegwenti ta’ dawn is-sinjali — Awtorizzazzjoni tal-proprjetarji tad-drittijiet

Dispożittiv

L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE, tas-27 ta’ Settembru 1993, dwar il-kordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable, għandu jiġi interpretat fis-sens li fornitur ta’ pakkett bis-satellita għandu l-obbligu li jikseb awtorizzazzjoni mingħand il-proprjetarji tad-drittijiet ikkonċernati għall-intervent tiegħu fit-trażmissjonijiet diretti u indiretti ta’ programmi televiżivi, bħalma huma dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, sakemm dawn il-proprjetarji ma jkunux ftehmu mal-korp tax-xandir ikkonċernat li x-xogħlijiet protetti ser jiġu wkoll ikkomunikati lill-pubbliku permezz tal-intermedjarju ta’ dan il-fornitur u bil-kundizzjoni li l-intervent ta’ dan tal-aħħar ma jrendix l-imsemmija xogħlijiet aċċessibbli lil pubbliku ġdid.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010


Top