EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0239

Kawża T-239/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Settembru 2011 — L-Italja vs Il-Kummissjoni ( FEŻR — Tnaqqis ta’għajnuna finanzjarja — Irtirar tan-nota ta’ debitu kkontestata — Tmiem tas-suġġett tal-kawża — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni )

ĠU C 331, 12.11.2011, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2011 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-239/10) (1)

(FEŻR - Tnaqqis ta’għajnuna finanzjarja - Irtirar tan-nota ta’ debitu kkontestata - Tmiem tas-suġġett tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 331/41

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Prete u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tan-nota ta’ debitu Nru 3241001630, tas-26 ta’ Frar 2010, relatata mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10350, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija b’eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2000) 2349, tat-8 ta’ Awwissu 2000 li tapprova l-programm operattiv POR Puglia għall-perijodu 2000-2006, skont l-għan Nru 1.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 195, 17.7.2010.


Top