EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62003TA0030

Kawża T-30/03 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 27 ta Settembru 2011 — 3F vs Il-Kummissjoni ( Għajnuna mill-Istat — Għajnuna fiskali mogħtija mill-awtoritajiet Daniżi — Baħħara impjegati fuq bastimenti rreġistrati fir-reġistru internazzjonali Daniż — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet — Rikors għal annullament — Diffikultajiet serji )

ĠU C 331, 12.11.2011, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta Settembru 2011 — 3F vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-30/03 RENV) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Għajnuna fiskali mogħtija mill-awtoritajiet Daniżi - Baħħara impjegati fuq bastimenti rreġistrati fir-reġistru internazzjonali Daniż - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Diffikultajiet serji)

2011/C 331/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: 3F, li kien Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) (Kopenħagen, id-Danimarka) (rappreżentanti: inizjalment P. Bentley, QC, u A. Worsøe, avukat, sussegwentement P. Bentley u P. Torbøl, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u N. Khan, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: V. Pasternak Jørgensen u C. Vang, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 4370 finali, tat-13 ta’ Novembru 2002, li ma tqajjimx oġġezzjonijiet dwar miżuri fiskali Daniżi li japplikaw għall-baħħara fuq bastimenti rreġistrati fir-reġistru internazzjonali Daniż.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

3F, li kien Specialarbejderforbundet i Danmark (SID), huwa kkundannat għall ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.

(3)

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess sostnuti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 70, 22.03.2003.


Top