EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0454

Kawża C-454/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments (Ir-Repubblika tal-Latvja) fl- 1 ta’ Settembru 2011 — Gunārs Pusts vs Lauku atbalsta dienests

ĠU C 331, 12.11.2011, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments (Ir-Repubblika tal-Latvja) fl-1 ta’ Settembru 2011 — Gunārs Pusts vs Lauku atbalsta dienests

(Kawża C-454/11)

2011/C 331/19

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gunārs Pusts

Konvenuta: Lauku atbalsta dienests

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jirregolaw ir-rimbors tal-għajnuna għandhom ikunu interpretati fis-sens li dawn jippermettu li jiġi kkunsidrat li l-ħlas ta’ għajnuna ma huwiex iġġustifikat meta l-benefiċjarju tal-għajnuna kompla jwettaq l-impenji iżda ma osservax il-proċedura imposta għal applikazzjoni għal ħlas?

(2)

Regola li permezz tagħha l-impenji meħuda mill-benefiċjarju ta’ għajnuna jitqiesu li huma sospiżi biss minħabba li dan il-benefiċjarju ma ressaqx talba, mingħajr ma nstemgħu l-fehmiet tiegħu, hija konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rimbors ta’ għajnuna?

(3)

Regola li permezz tagħha, jekk ma huwiex iktar possibbli li titwettaq verifika fuq il-post (għaliex is-sena tkun għaddiet) u, għaldaqstant, huwa preżunt li l-impenji meħuda mill-benefiċjarju tal-għajnuna ġew sospiżi, dan il-benefiċjarju għandu jirrimborsa l-fondi kollha li diġà tħallsu matul il-perijodu tal-impenji, anki jekk dawn il-fondi ġew allokati u mħallsa għal diversi snin, hija konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rimbors ta’ għajnuna?


Top