Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0400

Kawżi magħquda C-400/09 u C-207/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 28 ta’ Lulju 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret — Id-Danimarka) — Orifarm A/S, Orifarm Supply A/S, Handelsselskabet af 5. januar 2002 A/S, fi stralċ, Ompakningsselskabet af 1. november 2005 A/S (C-400/09), Paranova Danmark A/S, Paranova Pack A/S (C-207/10) vs Merck Sharp & Dohme Corporation (preċedentement Merck & Co.), Merck Sharp & Dohme BV, Merck Sharp & Dohme (Trade marks — Direttiva 89/104/KEE — Artikolu 7(2) — Prodotti farmaċewtiċi — Importazzjoni parallela — Ippakkjar mill-ġdid tal-prodott kopert mit-trade mark — Imballaġġ ġdid li jindika lill-proprjetarju tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, li l-prodott ġie ppakkjat mill-ġdid taħt l-awtorizzazzjoni tiegħu, bħala dak li wettaq l-ippakkjar mill-ġdid — Ippakkjar mill-ġdid fiżiku mwettaq minn impriża indipendenti)

ĠU C 298, 8.10.2011, pp. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret — Id-Danimarka) — Orifarm A/S, Orifarm Supply A/S, Handelsselskabet af 5. januar 2002 A/S, fi stralċ, Ompakningsselskabet af 1. november 2005 A/S (C-400/09), Paranova Danmark A/S, Paranova Pack A/S (C-207/10) vs Merck Sharp & Dohme Corporation (preċedentement Merck & Co.), Merck Sharp & Dohme BV, Merck Sharp & Dohme

(Kawżi magħquda C-400/09 u C-207/10) (1)

(Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 7(2) - Prodotti farmaċewtiċi - Importazzjoni parallela - Ippakkjar mill-ġdid tal-prodott kopert mit-trade mark - Imballaġġ ġdid li jindika lill-proprjetarju tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, li l-prodott ġie ppakkjat mill-ġdid taħt l-awtorizzazzjoni tiegħu, bħala dak li wettaq l-ippakkjar mill-ġdid - Ippakkjar mill-ġdid fiżiku mwettaq minn impriża indipendenti)

2011/C 298/03

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Orifarm A/S, Orifarm Supply A/S, Handelsselskabet af 5. januar 2002 A/S, fi stralċ, Ompakningsselskabet af 1. november 2005 A/S (C-400/09), Paranova Danmark A/S, Paranova Pack A/S (C-207/10)

Konvenuti: Merck Sharp & Dohme Corporation (preċedentement Merck & Co.), Merck Sharp & Dohme BV, Merck Sharp & Dohme

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Højesteret — Interpretazzjoni tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi C-232/94, MPA Pharma u C-427/93, Bristol-Myers Squibb, kif ukoll tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1) — Ippakkjar mill-ġdid ta’ prodott farmaċewtiku importat b’mod parallel — Importatur parallel, fil-pussess ta’ awtorizzazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott mediċinali importat, li ppreżenta lilu nnifsu, fuq l-ippakkjar il-ġdid, bħala dak li wettaq l-ippakkjar mill-ġdid, minkejja l-fatt li x-xiri u l-ippakkjar mill-ġdid tal-prodott mediċinali kienu effettivament twettqu minn impriża imdipendenti.

Dispożittiv

L-Artikolu 7(2) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lill-proprjetarju ta’ trade mark relatata ma’ prodott farmaċewtiku, li huwa s-suġġett ta’ importazzjonijiet paralleli, li jopponi ruħu għall-kummerċjalizzazzjoni ulterjuri ta’ dan il-prodott ippakkjat mill-ġdid minħabba s-sempliċi fatt li l-imballaġġ il-ġdid jindika, bħala l-pakkeġġatur mill-ġdid, mhux lill-impriża li, fuq ordni, effettivament ippakkjat mill-ġdid il-prodott imsemmi u li għandha awtorizzazzjoni sabiex tagħmel dan, iżda lill-impriża li hija l-proprjetarja tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott imsemmi, li taħt l-istruzzjonijiet tagħha twettaq l-ippakkjar mill-ġdid u li tassumi r-responsabbiltà għalih.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.

ĠU C 179, 03.07.2010.


Top