This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42010Y1204(01)
Resolution of the Council and of the Representatives of the Governments of the Member States, meeting within the Council, on youth work
Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ
Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ
ĠU C 327, 4.12.2010, p. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/1 |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ
2010/C 327/01
IL-KUNSILL U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FIL-KUNSILL:
FILWAQT LI JFAKKRU FL-ISFOND POLITIKU GĦAL DIN IL-KWISTJONI KIF IMNIŻŻEL Fl-ANNESS, B'MOD PARTIKOLARI LI:
(1) |
It-Trattat jipprevedi li l-azzjoni tal-UE għandu jkollha l-għan li tinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-programmi ta’ skambju għaż-żgħażagħ u l-għalliema soċjoedukattivi (minn hawn ’il quddiem imsejjħin “ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u mexxejja taż-żgħażagħ”) u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika. |
(2) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw il-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni bid-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE (1). Dan il-programm, ta’ suċċess dejjem akbar fl-Istati Membri kollha, fih komponent importanti ddedikat għall-kontribut tal-iżvilupp tal-kwalità tas-sistemi ta’ appoġġ għall-attivitajiet fil-qasam taż-żgħażagħ u l-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-qasam taż-żgħażagħ. |
(3) |
Fid-29 ta’ Novembru 2009 l-Kunsill adotta Riżoluzzjoni dwar qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018). L-appoġġ għall-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ u l-iżvilupp tagħha huma setturi trasversali fi ħdan il-qafas. |
(4) |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 fejn il-Kunsill Ewropew jistenna b'interess il-preżentazzjoni tal-inizjattivi ewlenin l-oħra qabel tmiem is-sena (2). |
FID-DAWL TA’:
L-Ewwel Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħidma fil-Qasam taż-Żgħażagħ tas-7-10 ta’ Lulju 2010, Għent (il-Belġju), li ssottolinjat l-importanza tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ.
U WAQT LI JIKKUNSIDRAW LI:
— |
Kif deskritt fil-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018) (minn hawn ’il quddiem “il-qafas imġedded”), l-objettivi fil-qasam taż-żgħażagħ huma:
|
— |
Il-qafas imġedded jiddeskrivi tmien oqsma ta’ azzjoni (3) li fihom għandhom jittieħdu inizjattivi trasversali u fejn iż-żgħażagħ jistgħu jikkontribwixxu. Oqsma ta’ azzjoni importanti oħrajn f'dan ir-rigward huma d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, id-diversità kulturali u l-mobbiltà. |
— |
Il-Kunsill qabel li taħt dan il-qafas imġedded “il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ” hija terminu wiesa' li jkopri ambitu wiesa' u dejjem akbar ta’ attivitajiet ta’ natura soċjali, kulturali, edukattiva jew politika, kemm miż-żgħażagħ kif ukoll magħhom u għalihom. Dawn l-attivitajiet qed jinkludu wkoll dejjem aktar l-isport u s-servizzi għaż-żgħażagħ. |
— |
Għandhom jiġu osservati għadd ta’ prinċipji gwida fil-politika u l-attivitajiet kollha li jikkonċernaw il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ, jiġifieri l-importanza tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni, ir-rispett għad-drittijiet u l-osservanza tal-prinċipji rikonoxxuti fost l-oħrajn fl-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'kont meħud tad-differenzi possibbli fil-kondizzjonijiet tal-għajxien, il-ħtiġijiet, l-aspirazzjonijiet, l-interessi u l-attitudnijiet taż-żgħażagħ minħabba fatturi varji u r-rikonixximent taż-żgħażagħ kollha bħala riżors għas-soċjetà. |
— |
Il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali hija wieħed mill-impenji ewlenin tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. L-esklużjoni soċjali tagħmel ħsara lill-benesseri taċ-ċittadini u xxekkel il-kapaċità tagħhom li jesprimu lilhom infushom u li jieħdu sehem fis-soċjetà. Il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali għandha tkun il-mira kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll esternament, skont l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju tan-NU. |
JIRRIKONOXXU LI:
— |
Fl-Istati Membri kollha, għadd enormi ta’ tfal u żgħażagħ, ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u mexxejja taż-żgħażagħ li ġejjin minn sfondi differenti, jipparteċipaw f'firxa wiesgħa u varjata ta’ attivitajiet ta’ ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ, jibbenefikaw minnhom jew huma attivi fihom. Dawn l-attivitajiet jistgħu jsiru f'bosta kuntesti, li jindirizzaw kwistjonijiet differenti li jaffettwaw lil ħajjithom u r-realtajiet li jgħixu fihom. |
— |
Il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ isseħħ fil-qasam ekstrakurrikulari, kif ukoll permezz ta’ attivitajiet speċifiċi tal-ħin liberu, u hija bbażata fuq proċessi ta’ tagħlim mhux formali u informali fuq parteċipazzjoni volontarja. Dawn l-attivitajiet u l-proċessi huma awtoġestiti, koġestiti jew ġestiti taħt gwida edukattiva jew pedagoġika minn ħaddiema fil-qasam taż-żagħżagħ u mexxejja taż-żgħażagħ professjonali jew volontarji u jistgħu jiżviluppaw u jkunu soġġett għal bidliet ikkawżati minn dinamika differenti. |
— |
Il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ hija organizzata u mwettqa b'modi differenti (minn organizzazzjonijiet immexxija miż-żgħażagħ, organizzazzjonijiet għaż-żgħażagħ, gruppi informali jew permezz ta’ servizzi fil-qasam taż-żgħażagħ u awtoritajiet pubbliċi) u tissawwar fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew, skont pereżempju l-konsiderazzjonijiet li ġejjin:
|
— |
F'ħafna Stati Membri l-awtoritajiet lokali u reġjonali wkoll għandhom rwol ċentrali fl-appoġġ u l-iżvilupp tal-ħidma lokali u reġjonali fil-qasam taż-żgħażagħ. |
JIRRIKONOXXU LI:
— |
Iż-żgħażagħ huma parti integrali minn soċjetà dejjem aktar kumplessa. Huma msawra minn varjetà ta’ influwenzi u ambjenti differenti, id-dar, l-iskola, il-post tax-xogħol, il-pari u l-midja. F'dan il-kuntest il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ jista’ jkollha rwol importanti fl-iżvilupp taż-żgħażagħ. |
— |
Il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ - li tikkomplementa l-ambitu tal-edukazzjoni formali - tista’ toffri benefiċċji konsiderevoli għat-tfal u ż-żgħażagħ billi tipprovdi firxa wiesgħa u varjata ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim mhux formali u informali kif ukoll approċċi mmirati adatti. |
— |
Il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ tistieden liż-żgħażagħ biex jieħdu responsabbiltà għall-azzjonijiet tagħhom u jwieġbu għalihom bl-għoti ta’ rwol effettiv fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tagħha. Il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ tista’ tipprovdi ambjent komdu, sigur, nebbieħi u pjaċevoli, li fih it-tfal u ż-żgħażagħ, jew bħala individwi jew bħala parti minn grupp, jistgħu jesprimu ruħhom, jitgħallmu minn xulxin, jiltaqgħu ma’ xulxin, jilagħbu, jesploraw u jesperimentaw. |
— |
Barra minn hekk, il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ għandha tipprovdi l-opportunità għaż-żgħażagħ biex jiżviluppaw firxa wiesgħa ta’ ħiliet personali u professjonali differenti, ħielsa mill-istereotipi, kif ukoll kompetenzi prinċipali li jistgħu jikkontribwixxu għas-soċjetà moderna. Għaldaqstant, din jista’ jkollha rwol importanti fl-iżvilupp tal-awtonomija, ir-responsabbilizzazzjoni u l-ispirtu intraprenitorjali taż-żgħażagħ. |
— |
Hi u titrasmetti valuri universali rigward id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, il-paċi, l-antirazziżmu, id-diversità kulturali, is-solidarjetà, l-ugwaljanza u l-iżvilupp sostenibbli, il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ jista’ jkollha wkoll valur soċjali miżjud minħabba li hi tista’:
|
— |
Il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ għalhekk għandha rwoli differenti fis-soċjetà u tista’ tikkontribwixxi għall-oqsma ta’ politika relatati maż-żgħażagħ, bħat-tagħlim tul il-ħajja, l-inklużjoni soċjali u l-impjiegi. |
— |
Il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ, sew jekk titwettaq minn voluntiera jew jekk minn professjonisti, għandha potenzjal soċjoekonomiku konsiderevoli - minħabba li tista’ tipproduċi attività ekonomika, tipprovdi infrastruttura, toħloq benefiċċji ekonomiċi u żżid l-impjiegi (taż-żgħażagħ). Is-suq tax-xogħol jista’ jibbenefika mill-ħiliet u l-kompetenzi personali u professjonali miksuba permezz tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ kemm mill-parteċipanti kif ukoll mill-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ/mexxejja taż-żgħażagħ. Jeħtieġ li tali ħiliet u kompetenzi jkunu suffiċjentement valorizzati u effettivament rikonoxxuti. |
— |
Il-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni jipprovdi kontribut importanti għall-kwalità tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ fil-livelli kollha, kif ukoll l-iżvilupp ta’ kompetenzi fost il-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u mexxejja taż-żgħażagħ u r-rikonoxximent ta’ tagħlim mhux formali fil-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ, billi jipprovdi esperjenzi ta’ mobbiltà ta’ tagħlim u netwerking għall-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u mexxejja taż-żgħażagħ. |
GĦALDAQSTANT JAQBLU LI:
Il-prinċipji li ġejjin għandhom jitqiesu fl-implimentazzjoni ta’ din ir-riżoluzzjoni:
— |
Iż-żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ, il-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u l-mexxejja taż-żgħażagħ, ir-riċerkaturi fil-qasam taż-żgħażagħ, dawk li jfasslu l-politika u l-esperti fil-qasam taż-żgħażagħ għandhom ikunu involuti fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ inizjattivi speċifiċi ta’ ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ fil-livelli kollha. |
— |
Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi kollha involuti fl-oqsma ta’ kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jiġu rrispettati. |
— |
Għarfien u intendiment aħjar tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ li għandha tinġabar u tiġi kondiviża. |
— |
L-istrumenti msemmija fil-qafas imġedded għandhom jintużaw bis-sħiħ biex tiġi integrata l-perspettiva tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ. |
— |
Il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-involviment tat-tfal u ż-żgħażagħ foqra jew f'riskju ta’ esklużjoni soċjali. |
U GĦALHEKK JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:
— |
Jippromwovu tipi differenti ta’ appoġġ sostenibbli għall-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ. eż. finanzjament, riżorsi jew infrastruttura suffiċjenti. Dan jimplika wkoll it-tneħħija ta’ ostakoli biex wieħed jinpenja lilu nnifsu fil-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ u fejn adatt il-ħolqien ta’ strateġiji dwar il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ. |
— |
Jappoġġaw u jiżviluppaw ir-rwol tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ u jiżviluppawh fl-implimentazzjoni ta’ qafas imġedded, speċjalment il-kontribut tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ għall-objettivi f'oqsma ta’ azzjoni differenti. |
— |
Jinvolvu, fejn adatt, lill-awtoritajiet u l-atturi lokali u reġjonali biex ikollhom rwol importanti fl-iżvilupp, l-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ. |
JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI BIEX:
— |
Tiżviluppa studju biex tidentifika d-diversità, il-kopertura u l-impatt tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ fl-UE u biex ikun hemm segwitu tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ fir-Rapport tal-UE dwar iż-żgħażagħ. |
— |
Tappoġġa lill-NGO Ewropea taż-żgħażagħ kif ukoll inizjattivi iżgħar sabiex tistimola soċjetà ċivili Ewropea b'saħħitha u tippromwovi l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika. |
— |
Ittejjeb il-kwalità tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ, il-bini ta’ kapaċità u l-iżvilupp ta’ kompetenzi tal-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u l-mexxejja taż-żgħażagħ u r-rikonoxximent ta’ tagħlim mhux formali fil-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ, billi tipprovdi esperjenzi ta’ mobbiltà ta’ tagħlim għall-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u mexxejja taż-żgħażagħ. |
— |
Tiżviluppa u tappoġġa l-iżvilupp ta’ għodod Ewropej faċli għall-utent (eż. Youthpass) kemm għall-valutazzjoni indipendenti u kemm għall-awtovalutazzjoni, kif ukoll strumenti għad-dokumentazzjoni tal-kompetenzi tal-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u mexxejja taż-żgħażagħ li jgħinu fir-rikonoxximent u l-evalwazzjoni tal-kwalità tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ fl-Ewropa. |
— |
Tipprovdi pjattaformi Ewropej adatti u suffiċjenti bħal bażijiet ta’ data, attivitajiet ta’ tagħlim fost il-pari, u konferenzi għall-iskambju kontinwu dwar riċerka, politiki, approċċi, prattiki u metodi innovattivi. |
JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX FL-OQSMA TA’ KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM:
— |
Joħolqu kondizzjonijiet aħjar u aktar opportunitajiet għall-iżvilupp, l-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ fil-livell lokali, dak reġjonali, dak nazzjonali u dak Ewropew. |
— |
Jirrikonoxxu bis-sħiħ, iqajmu kuxjenza dwar, u jirrinfurzaw ir-rwol tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ fis-soċjetà. |
— |
Jippermettu li l-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ tiżviluppa aktar b'mod kwalitattiv. |
— |
Jappoġġaw l-iżvilupp ta’ strateġiji ġodda jew isaħħu dawk eżistenti għall-bini ta’ kapaċità tal-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u mexxejja taż-żgħażagħ u biex jappoġġaw lis-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni ta’ għamliet adatti ta’ taħriġ għall-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u mexxejja taż-żgħażagħ. |
— |
Jidentifikaw forom differenti ta’ ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ, kompetenzi u metodi li l-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u l-mexxejja taż-żgħażagħ jikkondividu, sabiex jiġu żviluppati starteġiji għat-tisħiħ tal-kwalità u r-rikonoxximent tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ. |
— |
Jippromwovu l-impjegabbiltà tal-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u l-mexxejja taż-żgħażagħ u l-mobbiltà tagħhom permezz ta’ għarfien aħjar tal-kwalifiki tagħhom u r-rikonoxximent tal-ħiliet miksuba mill-esperjenzi tagħhom. |
— |
Jippromwovu u jappoġġaw ir-riċerka fil-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ u l-politika dwar iż-żgħażagħ, inklużi d-dimensjoni storika tagħha u r-rilevanza tagħha għall-politika dwar il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ illum. |
— |
Jagħmlu disponibbli u aċċessibbli informazzjoni biżżejjed dwar il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ permezz ta’ mekkaniżmi bħal pereżempju kampanji Ewropej u nazzjonali dwar il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ, u biex isaħħu s-sinerġiji u l-komplementarjetà bejn l-inizjattivi tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Ewropa u atturi oħrajn fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew. |
— |
Jippromwovu opportunitajiet għall-iskambju, il-kooperazzjoni u n-netwerking tal-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u l-mexxejja taż-żgħażagħ, ta’ dawk li jfasslu l-politika u tar-riċerkaturi fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali, Ewropew u internazzjonali. |
— |
Fil-kuntest tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ, jippromwovu, fejn adatt, l-iżvilupp ta’ valutazzjoni sistematika ta’ ħiliet u kompetenzi meħtieġa għal kwalunkwe forma ta’ taħriġ bl-għan li jinkiseb l-għarfien u jiġu aġġornati l-ħiliet. |
JINKORAĠĠIXXU LIS-SOĊJETÀ ĊIVILI ATTIVA FIL-QASAM TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ BIEX:
— |
Iżżid l-aċċessibbiltà tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ għat-tfal u ż-żgħażagħ kollha, speċjalment għal dawk b'inqas opportunitajiet. |
— |
Tippromwovi għamliet differenti ta’ taħriġ għall-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u għall-mexxejja taż-żgħażagħ attivi fis-soċjetà ċivili fil-qasam taż-żgħażagħ sabiex tinkoraġġixxi l-kwalità tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ. |
— |
Tevalwa l-approċċi, il-prattiki u l-metodi eżistenti dwar il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ u biex tkompli tinvesti fl-iżvilupp innovattiv tagħhom permezz ta’ inizjattivi u attivitajiet ġodda abbażi tal-esperjenzi tal-ħajja reali tat-tfal, iż-żgħażagħ u l-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u l-mexxejja taż-żgħażagħ. |
— |
Tagħmel skambji ta’ informazzjoni u prattiki tajba, tikkoopera u toħloq kuntatti fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew. |
JENFASIZZAW L-IMPORTANZA:
Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija kompetittiva, inklużiva u sostenibbli Ewropa 2020:
— |
li jiġi rikonoxxut ir-rwol kruċjali tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ bħala fornitur tal-opportunitajiet ta’ tagħlim mhux formali għaż-żgħażagħ kollha; |
— |
li jiġi żgurat li l-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ tkun inkorporata bis-sħiħ fl-inizjattiva Żgħażagħ f'Moviment kif ukoll fi programmi/linji ta’ politika oħrajn li jarmaw liż-żgħażagħ, b'mod partikolari dawk b'anqas opportunitajiet, bil-ħiliet rilevanti u l-kompetenzi ewlenin meħtieġa għas-soċjetà u l-ekonomija tal-2020 u lil hinn. |
(1) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30.
(2) Dok. EUCO 13/10.
(3) It-tmien oqsma huma: l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi u l-intraprenditorija, is-saħħa u l-benesseri, il-parteċipazzjoni, l-attivitajiet volontarji, l-inklużjoni soċjali, iż-żgħażagħ u d-dinja, il-kreattività u l-kultura.
ANNESS
Sfond politiku
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tal-14 ta’ Diċembru 2000, dwar l-Inklużjoni Soċjali taż-Żgħażagħ (1).
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-14 ta’ Frar 2002 dwar il-valur miżjud tal-attività volontarja għaż-żgħażagħ fil-kuntest tal-iżvilupp tal-azzjoni Komunitarja dwar iż-żgħażagħ (2).
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tat-28 ta’ Mejju 2004 dwar l-Integrazzjoni Soċjali fir-rigward taż-Żgħażagħ (3).
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar ir-rikonoxximent tal-valur ta’ tagħlim mhux formali u informali fil-qasam taż-żgħażagħ Ewropej (4).
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2008 dwar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ b'anqas opportunitajiet.
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Novembru 2008 dwar il-mobbiltà ta’ voluntiera żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea (5).
Id-Deċiżjoni Nru 1098/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) (6).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/37/KE tas-27 ta’ Novembru 2009 dwar is-Sena Ewropea tal-Attivitajiet ta’ Volontarjat għall-Promozzjoni taċ-Ċittadinanza Attiva (2011) (7).
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-inklużjoni attiva taż-żgħażagħ: il-ġlieda kontra l-qgħad u l-faqar (8).
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2010 dwar kompetenzi li jappoġġaw it-Tagħlim Tul il-Ħajja u l-inizjattiva “ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda” (9).
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Ewropa 2020”, Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv (10).
Ir-Riżoluzzoni dwar il-politika tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iż-żgħaħagħ (11).
(1) ĠU C 374, 28.12.2000, p. 5.
(3) Dok. 9601/04.
(4) ĠU C 168, 20.7.2006, p. 1.
(5) ĠU C 319, 13.12.2008, p. 8.
(6) ĠU L 298, 7.11.2008, p. 20.
(7) ĠU L 17, 22.1.2010, p. 43.
(8) ĠU C 137, 27.5.2010, p. 1.
(9) ĠU C 135, 26.5.2010, p. 8.
(10) COM(2010) 2020 Finali.
(11) Riżoluzzjoni CM/Res (2008)23. Adottata mill-Kumitat tal-Ministri fil-25 ta’ Novembru 2008 fl-1042 Laqgħa tad-Deputati tal-Ministri.