Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0251

Kawża C-251/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal- 11 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen — L-Iżvezja) — Gävle Kraftvärme AB vs Länsstyrelsen i Gävleborgs län (Ambjent — Direttiva 2000/76 — Inċinerazzjoni ta' skart — Klassifikazzjoni ta' impjant għall-produzzjoni tas-sħana u enerġija elettrika — Kunċetti ta' impjant ta' inċinerazzjoni u impjant ta' koinċinerazzjoni )

ĠU C 285, 8.11.2008, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 285/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-11 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen — L-Iżvezja) — Gävle Kraftvärme AB vs Länsstyrelsen i Gävleborgs län

(Kawża C-251/07) (1)

(Ambjent - Direttiva 2000/76 - Inċinerazzjoni ta' skart - Klassifikazzjoni ta' impjant għall-produzzjoni tas-sħana u enerġija elettrika - Kunċetti ta' “impjant ta' inċinerazzjoni’ u “impjant ta' koinċinerazzjoni’)

(2008/C 285/13)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gävle Kraftvärme AB

Konvenuta: Länsstyrelsen i Gävleborgs län

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Högsta domstolen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart (ĠU L 332, p. 91) — Klassifikazzjoni ta' impjant għall-produzzjoni ta' sħana u enerġija elettrika jikkonsisti f'diversi boilers — Impjant ta' inċinerazzjoni u koinċinerazzjoni

Dispożittiv

1)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/76/KE tal-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni tal-iskart, meta impjant ta' koġenerazzjoni jikkonsisti f'diversi boilers, kull wieħed minn dawn il-boilers kif ukoll it-tagħmir assoċjat miegħu għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu impjant distint.

2)

Huwa minħabba l-iskop ewlieni tiegħu li impjant għandu jiġi kklassifikat bħala impjant ta' inċinerazzjoni jew impjant ta' koinċinerazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(4) u (5) tad-Direttiva 2000/76. Huma l-awtoritajiet kompetenti li għandhom jidentifikaw dan l-iskop fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tal-elementi fattwali eżistenti fil-mument meta titwettaq din l-evalwazzjoni. Fil-kuntest ta' din l-evalwazzjoni, għandu jiġi kkunsidrat, b'mod partikolari, il-volum ta' produzzjoni ta' enerġija jew ta' prodotti materjali ġġenerati mill-impjant ikkonċernat fil-konfront tal-kwantità ta' skart inċinerat fl-impjant in kwistjoni kif ukoll l-istabbiltà jew in-natura kontinwa ta' din il-produzzjoni.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007.


Top