Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0514(03)

    Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    ĠU C 117, 14.5.2008, p. 10–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 117/10


    Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    (2008/C 117/08)

    Numru XA: XA 418/07

    Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

    Reġjun: Območje občine Piran

    Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Podpora in ukrepi za razvoj kmetijstva in podeželja v občini Piran

    Bażi ġuridika: Pravilnik o izvajanju podpor in ukrepov za razvoj kmetijstva in podeželja v občini Piran (Poglavje VI)

    Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

     

    2007: EUR 56 700

     

    2008: EUR 62 000

     

    2009: EUR 68 000

     

    2010: EUR 68 000

     

    2011: EUR 75 000

     

    2012: EUR 82 000

     

    2013: EUR 90 000

    Intensità massima ta' l-għajnuna:

    1.   Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:

    sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati,

    sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn.

    L-appoġġ jingħata lill-impriżi agrikoli għal produzzjoni primarja agrikola, investiment f'uċuħ permanenti, it-titjib fl-art agrikola, ir-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u x-xiri ta' tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni primarja agrikola.

    2.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi eliġibbli mġarrba.

    3.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

    sa 80 % ta' l-ispejjeż ta' l-attivitajiet tar-riċerka tas-suq, kunċett u disinn tal-prodott, inkluża l-għajnuna għall-preparazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta' l-indikaturi ġeografiċi, denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew ċertifikazzjonijiet ta' karattru speċifiku skond ir-regolamenti Komunitarji rilevanti, l-ispejjeż ta' l-introduzzjoni ta' skemi ta' assigurazzjoni ta' kwalità, sistemi ta' traċċabilità, sistemi għall-assigurazzjoni għall-awtentiċità u l-kummerċjalizzazzjoni ta' normi jew sistemi ta' awditjar ambjentali u l-ispejjeż għat-taħriġ tal-ħaddiema biex iwettqu l-iskemi ta' assigurazzjoni ta' kwalità. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

    4.   Għajnuna biex jiġi pprovdut appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu:

    sa 80 % ta' l-ispejjeż eliġibbli li tikkonċerna l-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi li ma jikkostitwixxux attività kontinwa jew perjodika u lanqas jirrigwardaw in-nefqa normali tat-tħaddim ta' l-impriża, bħal servizzi ta' rutina dwar konsulenza fiskali, servizzi legali regolari jew reklamar; l-organizzazzjoni u t-tmexxija ta' gruppi ta' ħidma, fora u kompetizzjonijiet u produzzjoni ta' katalgi u pubblikazzjonijiet. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

    Data ta' l-implimentazzjoni: Diċembru 2007

    Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31.12.2013 jew tul il-validità tar-regolamenti

    Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

    Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu 6 tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-appoġġ u miżuri ta' implimentazzjoni għall-iżvilupp ta' l-agrikoltura u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Piran jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

    l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

    l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

    l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

    l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

    Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

    Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

    Občina Piran

    Tartinijev trg 2

    SLO-6330 Piran

    Indirizz ta' l-internet: http://www.lex-localis.info/KatalogInformacij/VsebinaDokumenta.aspx?SectionID=82ffb8fd-1f32-4549-a01a-7eb517c00dc4

    Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

    Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

    Il-persuna responsabbli:

    Nataša LIKAR

    Kap tad-Dipartiment għall-attivitajiet ekonomiċi u turistiċi tal-muniċipalità ta' Piran

    Numru XA: XA 419/07

    Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

    Reġjun: Območje občine Šentilj

    Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Programi razvoja podeželja v občini Šentilj 2007–2013

    Bażi ġuridika: Pravilnik o ukrepih za razvoj podeželja na območju občine Šentilj (II. Poglavje)

    Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija:

     

    2007: EUR 80 000

     

    2008: EUR 80 000

     

    2009: EUR 80 000

     

    2010: EUR 80 000

     

    2011: EUR 80 000

     

    2012: EUR 80 000

     

    2013: EUR 80 000

    Intensità massima ta' l-għajnuna:

    1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

    sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'oqsma oħra.

    L-għan ta' l-għajnuna huwa investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u biex jinxtara tagħmir użat għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti, għat-titjib fl-art agrikola u l-ġestjoni tal-mergħat.

    2.   Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

    l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjum għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra il-mard.

    3.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

    sa 50 % ta' l-ispejjeż; l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

    4.   Provvista ta' l-appoġġ tekniku fl-agrikoltura:

    sa 50 % ta' l-ispejjeż li jikkonċernaw l-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

    Data ta' l-implimentazzjoni: Diċembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma tiġi pubblikata sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

    Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31.12.2013

    Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

    Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-regoli dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri għall-promozzjoni ta' l-iżvilupp rurali fil-muniċpalità ta' Šentilj jinkludu miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istati lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

    l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

    l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

    l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

    l-Artikolu 15: Sabiex jiġi pprovdut appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu

    Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

    Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

    Občina Šentilj

    Maistrova ulica 2

    Šentilj v Slovenskih goricah

    Indirizz ta' l-internet: http://www.izit.si/muv/index.php?action=showIzdaja&year=2007&izdajaID=428

    Št. predpisa: 608, stran: 1187

    Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

    Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

    Firma tal-persuna inkarigata:

    Edvard ČAGRAN

    Sindku tal-muniċipalità

    Numru XA: XA 425/07

    Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

    Reġjun: Območje občine Prevalje

    Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Prevalje 2007–2013

    Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Prevalje za programsko obdobje 2007–2013

    Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

     

    2007: EUR 18 820

     

    2008: EUR 21 820

     

    2009: EUR 23 000

     

    2010: EUR 24 000

     

    2011: EUR 26 500

     

    2012: EUR 27 500

     

    2013: EUR 29 000

    Intensità massima ta' l-għajnuna:

    1.   Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:

    sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati,

    sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra,

    sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra, fil-każ ta' investimenti magħmula minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tagħhom.

    L-għan ta' l-għajnuna huwa investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u biex jinxtara tagħmir użat għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti, għall-titjib fl-art agrikola u l-ġestjoni tal-mergħat.

    2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:

    għal karatteristiċi mhux produttivi, sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali,

    għal assi produttivi fil-farms, sa 60 % ta' l-ispejjeż attwali, jew 75 % f'żoni żvantaġġati, sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm,

    għajnuna addizzjonali tista' tingħata bir-rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi tipiċi tal-bini.

    3.   Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali fejn it-trasferiment sempliċiment jikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-bini eżistenti,

    meta t-trasferiment iwassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi għallinqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara t-trasferiment. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun ta' mill-inqas 55 % jew 45 % rispettivament,

    meta t-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandha tkun ta' l-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun mill-inqas ta' 55 % jew 45 % rispettivament.

    4.   L-ammont ta' appoġġ muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u

    sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u l-frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard.

    5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi imġarrba attwalment.

    6.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba; din l-għajnuna għandha tiġi provduta fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

    7.   Provvista ta' l-appoġġ tekniku:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż li jirrigwardaw l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-bdiewa, servizzi ta' konsulenza u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts u l-ispejjeż ta' servizzi ta' bdil. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

    Data ta' l-implimentazzjoni: Diċembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma tiġi pubblikata sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

    Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31.12.2013

    Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

    Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Ir-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat għall-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikolu u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Prevalje li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

    l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

    l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,

    l-Artikolu 6: Rilokazzjoni ta' bini ta' farms fl-interess pubbliku,

    l-Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

    l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

    l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

    l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

    Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

    Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

    Občina Prevalje

    Trg 2a

    SLO-2391 Prevalje

    Indirizz ta' l-internet: http://ls.lex-localis.info/UradnoGlasiloObcin/VsebinaDokumenta.aspx?SectionID=a5a901e9-cd5c-49a0-b725-5cba5dcbdaa7

    Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet ta' maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

    Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri li jridu jiġu adottati mill-muniċipalità, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

    Firma tal-persuna inkarigata:

    Matic TASIČ

    Sindku tal-muniċipalità ta' Prevalje

    Numru XA: XA 426/07

    Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

    Reġjun: Savinjska regija, območje občine Braslovče

    Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Dodeljevanje državnih pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Braslovče za obdobje 2007–2013.

    Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Braslovče za programsko obdobje 2007–2013

    Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

     

    2007: EUR 29 316

     

    2008: EUR 30 050

     

    2009: EUR 30 800

     

    2010: EUR 31 500

     

    2011: EUR 32 400

     

    2012: EUR 33 200

     

    2013: EUR 34 000

    Intensità massima ta' l-għajnuna:

    1.   Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:

    sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati,

    sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra,

    sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra, fil-każ ta' investimenti magħmula minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tagħhom.

    L-għan ta' l-għajnuna huwa investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u biex jinxtara tagħmir użat għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti, għall-titjib fl-art agrikola u l-ġestjoni tal-mergħat.

    2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:

    għal investiment f'karatteristiċi mhux produttivi, sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali,

    għal investiment f'assi produttivi fil-farms, sa 60 % ta' l-ispejjeż attwali, jew 75 % f'żoni żvantaġġati, sakemm l-investiment ma jwassal għall-ebda żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm,

    għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

    3.   Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali fejn it-trasferiment sempliċiment jikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-faċilitajiet eżistenti,

    meta t-trasferiment iwassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi għallinqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara t-trasferiment. Jekk il-benefiċjarju huwa bidwi żagħżugħ, il-kontribuzzjoni tiegħu għandha tkun ta' lanqas 55 % jew 45 % rispettivament,

    meta t-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandha tkun ta' l-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju huwa bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun ta' lanqas 55 % jew 45 % rispettivament.

    4.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

    l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjum ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard,

    sa 10 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u frott.

    5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba.

    6.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali mġarrba; din l-għajnuna għandha tiġi provduta fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

    7.   Provvista ta' l-appoġġ tekniku:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż rigward l-edukazzjoni u taħriġ, servizzi ta' konsulenza provduti minn partijiet terzi u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

    Data ta' l-implimentazzjoni: Diċembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma tiġi pubblikata sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

    Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2013

    Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

    Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikolu u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Braslovče għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-13 li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

    l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

    l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,

    l-Artikolu 6: Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku,

    l-Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

    l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

    l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

    l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

    Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

    Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

    Občina Braslovče

    Braslovče 22

    SLO-3314 Braslovče

    Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=2007104&dhid=92529

    Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet ta' maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

    Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

    Firma tal-persuna inkarigata:

    Marko BALANT

    Is-Sindku tal-Muniċipalità ta' Braslovče


    Top