Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/014/14

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4961 — Cookson/Foseco) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 14, 19.1.2008, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 14/37


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.4961 — Cookson/Foseco)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 14/14)

    1.

    Fil-15 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Cookson plc (“Cookson”, ir-Renju Unit) takkwista fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża Foseco plc (“Foseco”, ir-Renju Unit) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fil-11 ta' Ottubru 2007.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    għal Cookson: Cookson hija kumpanija tax-xjenza tal-materjali li topera fuq bażi globali f'industriji taċ-ċeramika, elettronika u metalli prezzjużi. Id-diviżjoni ta' Cookson Ceramics hija primarjament fornitur ta' refrattoriji lil numru ta' industriji bħal ma huma l-industrija tal-ħadid u l-azzar u sa ċertu punt inqas, ċeramika teknika (partikolarment filters) lill-industriji tal-ħġieġ, enerġija solari u tal-funderiji,

    għal Foseco: Foseco huwa fornitur ta' prodotti primarjament konsumabbli għall-użu fil-funderiji (e.ż. filters) u sa ċertu punt inqas prodotti ta' refrattoriji għall-użu fil-produzzjoni tal-ħadid u l-azzar. Il-Kumpanija hija attiva fuq skala globali.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4961 — Cookson/Foseco, fl-indirizz li ġej:

    Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Brussel


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


    Top