EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/269/57

Kawża C-405/07 P: Appell imressaq fit- 3 ta' Settembru 2007 mir-Renju ta' l-Olanda kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti ta' Prim Istanza (Ir-raba' Awla) fis- 27 ta' Ġunju 2007 fil-Kawża T-182/06, Ir-Renju ta' l-Olanda vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewoprej

ĠU C 269, 10.11.2007, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 269/33


Appell imressaq fit-3 ta' Settembru 2007 mir-Renju ta' l-Olanda kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti ta' Prim Istanza (Ir-raba' Awla) fis-27 ta' Ġunju 2007 fil-Kawża T-182/06, Ir-Renju ta' l-Olanda vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewoprej

(Kawża C-405/07 P)

(2007/C 269/57)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' l-Olanda (rappreżentanti: D.J.M. de Grave u C.M. Wissels, Aġenti)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewoprej

Talbiet tal-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza li minnha qiegħed isir appell;

tirrinvija l-kawża lura lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex din tkun tista' tiddeċiedi fuq il-motivi l-oħra tar-rikors;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn ta' l-appell tiegħu, ir-rikorrenti iressaq żewġ motivi.

Permezz ta' l-ewwel motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza interpretat ħażin id-dmir ta' diligenza u d-dmir ta' motivazzjoni skond l-Artikolu 253 KE meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kisritx dawn id-dmirijiet fil-każ fejn, mingħajr raġuni speċifika, l-informazzjoni rilevanti mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat qabel id-deċiżjoni (1) kontestata ma tteħditx in kunsiderazzjoni f'dik id-deċiżjoni.

Permezz tat-tieni motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-Qorti ta' Prim'Istanza applikat kriterji legali ħżiena meta ddeċidiet, fil-kuntest ta' l-eżami dwar jekk kienx hemm problema speċifika fis-sens ta' l-Artikolu 95(5) KE, li:

i.

l-eżistenza ta' problema speċifika relatata mal-kwalità ta' l-arja għandha tiġi eżaminata biss abbażi tal-kriterji tad-Direttiva 1999/30 (2), mingħajr ma tiġi meqjusa kemm l-impossibilità għall-Istati Membri li jadottaw miżuri intiżi sabiex jipprevjenu t-tniġġis transfruntalier, kif ukoll kriterji bħad-densità demografika qawwija, l-intensità tat-traffiku ta' vetturi ġo bosta żoni u l-pożizzjoni ta' żoni residenzjali ħdejn ir-rotot tat-traffiku.

ii.

ma jistax ikun hemm sitwazzjoni ta' problema speċifika f'dan is-sens meta numru żgħir ħafna ta' Stati Membri ukoll qegħdin jesperjenzaw problema relatata mal-kwalità ta' l-arja.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/372/KE tat- 3 ta' Mejju 2006 dwar abbozz ta' dispożizzjonijiet nazzjonali notifikati mir-Renju ta' l-Olanda taħt l-Artikolu 95 (5) tat-Trattat tal-KE li jistabbilixxi l-limiti fuq l-emissjonijiet ta' materja f'partiċelli minn vetturi li jaħdmu bid-diżil (ĠU 2006 L 141, p.16).

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta'April 1999 dwar il-valuri ta' limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f' partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali (ĠU L 163, p. 41).


Top