EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/269/53

Kawża C-396/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fis- 27 ta' Awwissu 2007 — Mirja Juuri vs Fazer Amica Oy

ĠU C 269, 10.11.2007, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 269/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fis- 27 ta' Awwissu 2007 — Mirja Juuri vs Fazer Amica Oy

(Kawża C-396/07)

(2007/C 269/53)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Il-Korkein oikeus (il-Finlandja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mirja Juuri

Konvenut: Fazer Amica Oy

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn ħaddiem stess ikun temm il-kuntratt tax-xogħol tiegħu wara li jkunu ddeterjoraw kunsiderevolment il-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħu minħabba trasferiment ta' impriżi, Stat Membru għandu, fis-sistema legali tiegħu, jiggarantixxi lill-ħaddiem dritt għal kumpens fi flus min-naħa ta' min iħaddmu bl-istess mod bħal meta min iħaddem itemm kuntratt tax-xogħol b'mod illegali, meta jittieħed in kunsiderazzjoni l-fatt li min iħaddem ma rrispettax, fis-sens ta' l-Artikolu 3(3) tad-direttiva, il-ftehim kollettiv li kien jorbot lil min iħaddem u li kien jiggarantixxi kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol lill-ħaddiem, biss sakemm dan jiskadi, u li l-iddeterjorar tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jirriżultaw minħabba din l-iskadenza?

2)

Fil-każ fejn ir-responsabbiltà ta' min iħaddem, prevista mid-direttiva, mhijiex ta' l-istess portata bħal dik esposta fil-punt 1), għandha r-responsabbiltà ta' min iħaddem tiġi implimentata xorta waħda, per eżempju, permezz ta' ħlas tal-pagi u ta' benefiċċji oħra relatati mal-perijodu ta' notice li min iħaddem huwa marbut li jirrispetta?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta' l-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji, ĠU L 82, 22 ta' Marzu 2001, p. 16.


Top