EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/269/23

Kawża C-84/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ta' l- 20 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Staat der Nederlanden vs Antroposana, Patiëntenvereniging voor Antroposofische Gezondheidszorg, Nederlandse Vereniging van Antroposofische Artsen, Weleda Nederland NV, Wala Nederland NV (Kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Artikoli 28 KE u 30 KE — Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u reġistrazzjoni — Prodotti mediċinali antroposofiċi)

ĠU C 269, 10.11.2007, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 269/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ta' l-20 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Staat der Nederlanden vs Antroposana, Patiëntenvereniging voor Antroposofische Gezondheidszorg, Nederlandse Vereniging van Antroposofische Artsen, Weleda Nederland NV, Wala Nederland NV

(Kawża C-84/06) (1)

(Kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Artikoli 28 KE u 30 KE - Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u reġistrazzjoni - Prodotti mediċinali antroposofiċi)

(2007/C 269/23)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staat der Nederlanden

Konvenuti: Antroposana, Patiëntenvereniging voor Antroposofische Gezondheidszorg, Nederlandse Vereniging van Antroposofische Artsen, Weleda Nederland NV, Wala Nederland NV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta' Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, p. 67) — Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti mediċinali antroposofiċi li m'humiex prodotti mediċinali omeopatiċi skond it-Titolu III tal-Kapitolu 2 tad-Direttiva — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-prodotti mediċinali antroposofiċi għall-kundizzjonijiet previsti fit-Titolu III, Kapitolu 1, tad-Direttiva — Artikoli 28 u 30 KE

Dispożittiv

Il-prodotti mediċinali antroposofiċi jistgħu jiġu kkumerċjalizzati biss jekk ikunu ġew awtorizzati skond waħda mill-proċeduri previsti mid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta' Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem.


(1)  ĠU C 108 ta' 6.5.2006.


Top