EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/269/18

Kawżi magħquda C-439/05 P u C-454/05 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 13 ta' Settembru 2007 — Land Oberösterreich, Ir-Repubblika ta' l-Awstrija vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Direttiva 2001/18/KE — Deċiżjoni 2003/653/KE — Rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament — Artikolu 95(5) KE — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw minn miżura ta' armonizzazzjoni ġġustifikati minn provi xjentifiċi ġodda u minn problema speċifika ta' Stat Membru — Prinċipju tal-kontradittorju)

ĠU C 269, 10.11.2007, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 269/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Settembru 2007 — Land Oberösterreich, Ir-Repubblika ta' l-Awstrija vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawżi magħquda C-439/05 P u C-454/05 P) (1)

(Appell - Direttiva 2001/18/KE - Deċiżjoni 2003/653/KE - Rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament - Artikolu 95(5) KE - Dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw minn miżura ta' armonizzazzjoni ġġustifikati minn provi xjentifiċi ġodda u minn problema speċifika ta' Stat Membru - Prinċipju tal-kontradittorju)

(2007/C 269/18)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Land Oberösterreich (rappreżentanti: G. Hörmanseder, aġent u F. Mittendorfer, Rechtsanwalt), Ir-Repubblika ta' l-Awstrija (rappreżentanti: H. Dossi u A. Hable, aġenti)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u M. Patakia, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tal-5 ta' Ottubru 2005, fil-kawżi magħquda Land Oberösterreich u L-Awstrija vs Il-Kummissjoni (T-366/03 u T-235/04) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/653/KE tat-2 ta' Settembru 2003, li tirrigwarda dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprojbixxu l-utilizzazzjoni ta' organiżmi modifikati ġenetikament fil-provinċja ta' l-Awstrija ta' Fuq innotifikati mir-Repubblika ta' l-Awstrija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 95(5) tat-Trattat KE — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw minn miżura ta' armonizzazzjoni ġġustifikati minn problema speċifika ta' Stat Membru

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

Il-Land Oberösterreich u r-Repubblika ta' l-Awstrija għandhom ibatu l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 48 tal-25.2.2006.

ĠU C 60 tal-11.3.2006.


Top