EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/269/10

Kawża C-76/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 11 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln — il-Germanja) — Herbert Schwarz, Marga Gootjes-Schwarz vs Finanzamt Bergisch Gladbach (Artikolu 8a tat-Trattat KE (li, wara l-emendi, sar l-Artikolu 18 KE) — Ċittadinanza Ewropea — Artikolu 59 tat-Trattat KE (li, wara l-emendi, sar l-Artikolu 49 KE) — Libertà li jiġu provduti servizzi — Leġiżlazzjoni fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul — Miżati ta' l-iskola — Dritt għal tnaqqis limitat għall-miżati ta' l-iskola mħallsa lil stabbilimenti privati nazzjonali)

ĠU C 269, 10.11.2007, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 269/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta' Settembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln — il-Germanja) — Herbert Schwarz, Marga Gootjes-Schwarz vs Finanzamt Bergisch Gladbach

(Kawża C-76/05) (1)

(Artikolu 8a tat-Trattat KE (li, wara l-emendi, sar l-Artikolu 18 KE) - Ċittadinanza Ewropea - Artikolu 59 tat-Trattat KE (li, wara l-emendi, sar l-Artikolu 49 KE) - Libertà li jiġu provduti servizzi - Leġiżlazzjoni fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul - Miżati ta' l-iskola - Dritt għal tnaqqis limitat għall-miżati ta' l-iskola mħallsa lil stabbilimenti privati nazzjonali)

(2007/C 269/10)

Lingwa tal-kawża: Il-Germaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Herbert Schwarz, Marga Gootjes-Schwarz

Konvenut: Finanzamt Bergisch Gladbach

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Köln — Kompatibbiltà ma' l-Artikoli 18, 39, 43 u 49 KE ta' leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa fuq id-dħul li tagħti l-benefiċċju ta' tnaqqis fiskali għall-miżati ta' l-iskola tat-tfal bil-kundizzjoni li dawn ta' l-aħħar jattendu ċerti skejjel nazzjonali — Tfal li jattendu skejjel ta' Stati Membri oħra

Dispożittiv

1)

Meta l-persuni taxxabbli fi Stat Membru jibagħtu lit-tfal tagħhom fi skola li tinsab fi Stat Membru ieħor u li l-finanzjament tagħha jkun assigurat essenzjalment minn fondi privati, l-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tipprovdi l-possibbiltà, għall-persuni taxxabbli, li jinvokaw, bħala spejjeż speċjali intitolati għal tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul, il-miżati ta' l-iskola mħallsa lil ċerti skejjel privati stabbiliti fit-territorju nazzjonali iżda teskludi b'mod ġenerali din il-possibbiltà fir-rigward ta' miżati ta' l-iskola mħallsa lil skola privata stabbilita fi Stat Membru ieħor.

2)

Meta l-persuni taxxabbli fi Stat Membru jibagħtu lit-tfal tagħhom sabiex jistudjaw fi skola stabbilita fi Stat Membru ieħor li s-servizzi tagħha mhumiex koperti mill-Artikolu 49 KE, l-Artikolu 18 KE jipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tipprovdi l-possibbiltà, għall-persuni taxxabbli, li jinvokaw, bħala spejjeż speċjali intitolati għal tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul, il-miżati ta' l-iskola mħallsa lil ċerti skejjel stabbiliti fit-territorju nazzjonali iżda teskludi b'mod ġenerali din il-possibbiltà fir-rigward ta' miżati ta' l-iskola mħallsa lil skola stabbilita fi Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU C 93, 16.4.2005.


Top