EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0462

2007/462/KE: Deċiżjoni Nru 3/2007 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE tal- 25 ta’ Mejju 2007 li temenda d-Deċiżjoni Nru 3/2001 dwar l-allokazzjoni ta’ riżorsi lis-Somalja mit-Tmien u d-Disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp

ĠU L 175, 5.7.2007, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/462/oj

5.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 175/36


DEĊIŻJONI Nru 3/2007 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE

tal-25 ta’ Mejju 2007

li temenda d-Deċiżjoni Nru 3/2001 dwar l-allokazzjoni ta’ riżorsi lis-Somalja mit-Tmien u d-Disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp

(2007/462/KE)

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Kotonù fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), rivedut mill-Ftehim (2) li jemenda l-imsemmi Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005, u b’mod partikolari l-Artikolu 93(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 93(6) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE jippermetti lill-Kunsill tal-Ministri AKP-KE l-possibbiltà li jagħti għajnuna speċjali lil Stati ta’ l-AKP li jkunu Partijiet għal Konvenzjonijiet AKP-KE preċedenti li, fin-nuqqas ta’ istituzzjonijiet governattivi stabbiliti b’mod regolari, ma setgħux jiffirmaw jew jirratifikaw il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE. Din l-għajnuna tista’ tikkonċerna t-tisħiħ istituzzjonali kif ukoll l-attivitajiet ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali, waqt li b’mod partikolari jiġu kkunsidrati l-bżonnijiet ta’ l-oqsma l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni. Din id-dispożizzjoni tapplika għas-Somalja.

(2)

Bid-Deċiżjoni Nru 3/2001 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2001 (3), il-Kunsill tal-Ministri AKP-KE alloka lis-Somalja l-ammont ta’ EUR 149 miljun mid-Disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) għall-kooperazzjoni finanzjarja u teknika. Il-funzjoni ta’ l-Uffiċjal Nazzjonali ta’ l-Awtorizzazzjoni għall-programmazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ din l-allokazzjoni ġiet fdata lill-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Awtorizzazzjoni ta’ l-EDF.

(3)

L-Artikolu 3(5) ta’ l-Anness IV mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE jippermetti lill-Komunità l-possibbiltà li żżid l-allokazzjoni għal pajjiż sabiex jittieħed kont tal-bżonnijiet speċjali jew ta’ prestazzjoni eċċezzjonali.

(4)

L-Artikolu 5(2) ta’ l-Anness IV jipprevedi l-possibbiltà tat-twettiq ta’ stħarriġ f’ċirkostanzi eċċezzjonali li għalihom issir referenza fid-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna umanitarja u ta’ emerġenza. Fid-dawl tal-konklużjonijiet ta’ l-istħarriġ ad hoc tal-programm ta’ kooperazzjoni mas-Somalja, hemm ħtieġa ta’ fondi addizzjonali taħt id-Disa’ EDF sabiex tiġi assigurata l-kontinwazzjoni ta’ l-għajnuna lill-popolazzjoni tas-Somalja sakemm jidħol fis-seħħ l-Għaxar EDF,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni Nru 3/2001 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 3a

Abbażi tal-konklużjonijiet ta’ stħarriġ ad hoc, għandu jiġi allokat lis-Somalja l-ammont addizzjonali ta’ EUR 36 144 798 mid-Disa’ EDF għall-kooperazzjoni finanzjarja u teknika, mill-pakkett, ta’ għajnuna għall-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien, imsemmi fil-paragrafu 3(a) tal-Protokoll Finanzjarju dispost fl-Anness I mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2007

Għall-Kunsill tal-Ministri AKP-KE

Il-President

Mohlabi K. TSEKOA


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27. Ftehim applikat provviżorjament skond id-Deċiżjoni Nru 5/2005 (ĠU L 287, 28.10.2005, p. 1).

(3)  ĠU L 56, 27.2.2002, p. 23.


Top