This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0053(01)
2014/937/EU: Decision of the European Central Bank of 11 December 2014 on the approval of the volume of coin issuance in 2015 (ECB/2014/53)
2014/937/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 11 ta' Diċembru 2014 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2015 (BĊE/2014/53)
2014/937/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 11 ta' Diċembru 2014 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2015 (BĊE/2014/53)
ĠU L 365, 19.12.2014, p. 163–164
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 12/12/2015
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32015D0041(01) | Sostituzzjoni | artikolu 1 TABL |
19.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 365/163 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-11 ta' Diċembru 2014
dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2015
(BĊE/2014/53)
(2014/937/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) u l-Artikolu 140(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/509/UE tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Litwanja fl-1 ta' Jannar 2015 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tagħha,
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta' Jannar 1999 biex japprova l-volum ta' muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. |
(2) |
Id-deroga favur il-Litwanja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 hija abrogata b'effett mill-1 ta' Jannar 2015. |
(3) |
It-18-il Stat Membru li l-munita tagħhom hija l-euro u l-Litwanja ppreżentaw lill-BĊE għall-approvazzjoni tiegħu l-istimi tagħhom tal-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2015, flimkien ma' noti spjegattivi dwar il-metodoloġija tat-tbassir. |
(4) |
Peress li d-dritt tal-Istati Membri li joħorġu muniti tal-euro huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħarġa, il-volumi approvati mill-BĊE ma jistgħux jinqabżu mill-Istati Membri mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-BĊE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Approvazzjoni tal-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2015
Il-BĊE b'dan japprova l-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fl-2015, kif stipulat fit-tabella li ġejja:
(miljuni f'EUR) |
|
|
Ħruġ ta' muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u ħruġ ta' muniti għall-kolletturi (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2015 |
Il-Belġju |
0,8 |
Il-Ġermanja |
529,0 |
L-Estonja |
10,3 |
L-Irlanda |
39,0 |
Il-Greċja |
13,3 |
Spanja |
301,4 |
Franza |
230,0 |
L-Italja |
41,5 |
Ċipru |
10,0 |
Il-Litwanja |
120,7 |
Il-Lussemburgu |
45,0 |
Malta |
8,7 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
52,5 |
Il-Latvja |
30,6 |
L-Awstrija |
248,0 |
Il-Portugall |
30,0 |
Is-Slovenja |
13,0 |
Is-Slovakkja |
13,4 |
Il-Finlandja |
60,0 |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lid-destinatarji.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u l-Litwanja.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta' Diċembru 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 228, 31.7.2014, p. 29.