This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0567
Commission Regulation (EC) No 567/2009 of 29 June 2009 entering a name in the register of traditional specialities guaranteed (Pierekaczewnik (TSG))
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 567/2009 tad- 29 ta’ Ġunju 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Pierekaczewnik (STG)]
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 567/2009 tad- 29 ta’ Ġunju 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Pierekaczewnik (STG)]
ĠU L 168, 30.6.2009, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/07/2009
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32009R1026 | Sostituzzjoni | Kunsill 3 | 20/07/2009 | |
Modified by | 32009R1026 | Emenda | artikolu 1 | 20/07/2009 | |
Modified by | 32009R1026 | Emenda | anness | 20/07/2009 |
30.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 567/2009
tad-29 ta’ Ġunju 2009
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Pierekaczewnik (STG)]
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1),u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 19(3) tar-Regolament imsemmi, it-talba mressqa mill-Polonja biex id-denominazzjoni “Pierekaczewnik” tkun irreġistrata ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata. |
(3) |
Ma ntalbitx il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tkun irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU C 269, 24.10.2008, p. 11.
ANNESS
Oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 509/2006:
Klassi 2.3. Ħelu, ħobż, prodotti moħmija, prodotti tad-dulċiera, galletti u gallettini
IL-POLONJA
Pierekaczewnik (STG)