Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022M10724

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10724 — ITOCHU / UNDER ARMOUR / DOME) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 210/17

PUB/2022/561

ĠU C 210, 25.5.2022, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/37


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10724 — ITOCHU / UNDER ARMOUR / DOME)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 210/17)

1.   

Fis-17 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

ITOCHU Corporation (“Itochu”, il-Ġappun),

Under Armour Europe (“Under Armour”, in-Netherlands), sussidjarja 100 % ta’ Under Armour Inc. (“Under Armour Inc.”, l-Istati Uniti tal-Amerka);

Dome Corporation, (“Dome”, il-Ġappun).

Itochu u Under Armour jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Dome kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Itochu: kumpanija kkwotata fil-Borża, attiva f’firxa wiesgħa ta’ industriji, fost affarijiet oħra fil-manifattura tat-tessuti.

Under Armour: kumpanija kkwotata fil-Borża, attiva fl-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ lbies (sports u ħwejjeġ każwali), żraben u aċċessorji relatati mal-isport.

Dome: korporazzjoni tal-istokk, tbigħ (bħala bejjiegħ bl-imnut), tqassam u tirreklama lbies tal-isport u żraben sportivi tal-marka tad-ditta Under Armour “Under Armour” fil-Ġappun.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10724 – ITOCHU / UNDER ARMOUR / DOME

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top