This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TB0623
Case T-623/19: Order of the General Court of 30 April 2020 — ArcelorMittal Bremen v Commission (Action for failure to act — Directive 2003/87/EC — Scheme for greenhouse gas emission allowance trading — Decision 2011/278/EU — Transitional rules for harmonised free allocation of emission allowances — Amendment of Germany’s national allocation table for 2013-2020 — Significant increase in capacity — Action which has become devoid of purpose — No need to adjudicate)
Kawża T-623/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2020 – ArcelorMittal Bremen vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Direttiva 2003/87/KE – Sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Deċiżjoni 2011/278/UE – Regoli tranżitorji li jikkonċernaw l-allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet bla ħlas – Emenda tat-tabella nazzjonali ta’ allokazzjoni li tikkonċerna l-Ġermanja għall-perijodu bejn l-2013 u l-2020 – Estensjoni sinjifikattiva tal-kapaċità – Tmiem tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

ĠU C 209, 22.6.2020, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/28 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2020 – ArcelorMittal Bremen vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-623/19) (1)
(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Direttiva 2003/87/KE - Sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Deċiżjoni 2011/278/UE - Regoli tranżitorji li jikkonċernaw l-allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet bla ħlas - Emenda tat-tabella nazzjonali ta’ allokazzjoni li tikkonċerna l-Ġermanja għall-perijodu bejn l-2013 u l-2020 - Estensjoni sinjifikattiva tal-kapaċità - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2020/C 209/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ArcelorMittal Bremen GmbH (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u L. Buschmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u A. Becker, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża li jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset b’mod illegali milli tieħu deċiżjoni dwar il-kwantità annwali totali ta’ kwoti ta’ emissjonijiet li għandhom jiġu allokati bla ħlas għal estensjoni sinjifikattiva ta’ kapaċità fir-rigward ta’ installazzjoni sekondarja tar-rikorrenti b’parametru ta’ referenza għal prodott fir-rigward tal-metall imdewweb u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-allegata deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni fid-19 ta’ Lulju 2019 fir-rigward tal-intimazzjoni tar-rikorrenti fl-1 ta’ Lulju 2019.
Dispożittiv
1) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |