Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0003

    Kawża C-3/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Lucio Cesare Aquino vs Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt tal-Unjoni — Drittijiet mogħtija lill-individwi — Ksur minn qorti — Domandi preliminari — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar istanza)

    ĠU C 151, 15.5.2017, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 151/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Lucio Cesare Aquino vs Belgische Staat

    (Kawża C-3/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tal-Unjoni - Drittijiet mogħtija lill-individwi - Ksur minn qorti - Domandi preliminari - Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja - Qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar istanza))

    (2017/C 151/14)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hof van beroep te Brussel

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Lucio Cesare Aquino

    Konvenut: Belgische Staat

    Dispożittiv

    1)

    It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti li kontra d-deċiżjonijiet tagħha jeżisti rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt intern, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza, fil-każijiet fejn l-appell ta’ kassazzjoni ppreżentat minn deċiżjoni ta’ din il-qorti ma jkunx ġie eżaminat minħabba r-rinunzja għall-atti tar-rikorrent.

    2)

    Ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.

    3)

    It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza tista’ tastjeni milli tressaq domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja meta appell ta’ kassazzjoni huwa miċħud għal raġunijiet ta’ inammissibbiltà inerenti għall-proċedura quddiem din il-qorti, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.


    (1)  ĠU C 136, 18.4.2016.


    Top