This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0397
Case C-397/11: Reference for a preliminary ruling from the Budapest Municipal Court lodged on 27 July 2011 — Jőrös Erika v Aegon Magyarország Hitel Zrt.
Kawża C-397/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság (l-Ungerija) fis- 27 ta’ Lulju 2011 — Erika Jőrös vs Aegon Magyarország Hitel Zrt.
Kawża C-397/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság (l-Ungerija) fis- 27 ta’ Lulju 2011 — Erika Jőrös vs Aegon Magyarország Hitel Zrt.
ĠU C 331, 12.11.2011, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 331/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság (l-Ungerija) fis-27 ta’ Lulju 2011 — Erika Jőrös vs Aegon Magyarország Hitel Zrt.
(Kawża C-397/11)
2011/C 331/09
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Erika Jőrös
Konvenuta: Aegon Magyarország Hitel Zrt.
Domandi preliminari
(1) |
Qorti nazzjonali taġixxi skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KE (1) jekk, meta tkun ikkonstatata n-natura abbużiva ta’ kundizzjoni kuntrattwali ġenerali msemmija f’rikors, hija teżamina l-kwistjoni tan-nullità tal-kuntratt għal din ir-raġuni, mingħajr ma l-partijiet ikunu hekk talbuha partikolarment? |
(2) |
Il-qorti nazzjonali għandha, f’rikors ippreżentat minn konsumatur, taġixxi kif deskritt fl-ewwel domanda meta, bħala prinċipju, il-kompetenza sabiex tikkonstata n-nullità ta’ kuntratt minħabba n-natura abbużiva ta’ waħda mill-kundizzjonijiet kuntrattwali ġenerali ma hijiex dik ta’ tribunal lokali, iżda ta’ qorti ta’ livell iktar għoli, jekk il-parti leża tippreżenta rikors fuq dik il-bażi? |
(3) |
F’każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda, qorti nazzjonali, li tagħti deċiżjoni bħala qorti tal-appell, għandha d-dritt li teżamina n-natura abbużiva ta’ kundizzjoni kuntrattwali ġenerali jekk dan il-punt ma jkunx tqajjem fl-ewwel istanza u meta, skont id-dritt nazzjonali, bħala regola ġenerali, ma jistgħux jitressqu fatti ġodda jew jiġu prodotti provi ġodda fl-appell? |
(1) Direttiva tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).