This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0300
2014/300/EU: Council Decision of 15 July 2013 on the conclusion of the Agreement on certain aspects of air services between the European Union and the Government of the Democratic Socialist Republic of Sri Lanka
2014/300/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta' Lulju 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka
2014/300/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta' Lulju 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka
ĠU L 157, 27.5.2014, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/300/oj
27.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 157/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Lulju 2013
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka
(2014/300/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens mill-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni. |
(2) |
F'isem l-Unjoni, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru mal-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka (1) (“il-Ftehim”) skont il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2003. |
(3) |
Il-Ftehim ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fis-27 ta' Settembru 2012 soġġett għall-konklużjoni eventwali tiegħu f'data iktar 'il quddiem, b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/100/UE (2). |
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u mal-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 7 tal-Ftehim (3).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta' Lulju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
V. JUKNA
(1) Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 49, 22.2.2013, p. 2, flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.
(3) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.