This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0168
2008/168/EC: Commission Decision of 20 February 2008 setting up the organisational structure for the European Network for Rural Development
2008/168/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 20 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi l-istruttura organizzattiva tan-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali
2008/168/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 20 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi l-istruttura organizzattiva tan-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali
ĠU L 56, 29.2.2008, p. 31–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 23/11/2014; Imħassar b' 32014D0825
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32014D0825 |
29.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 56/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-20 ta’ Frar 2008
li tistabbilixxi l-istruttura organizzattiva tan-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali
(2008/168/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,
Billi:
(1) |
Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali għat-tixbik flimkien ta’ netwerks, organizzazzjonijiet u amministrazzjonijiet nazzjonali attivi fil-qasam ta’ l-iżvilupp rurali fil-livell tal-Komunità ġie stabbilit skond l-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Jeħtieġ li jiġu adottati regoli ta’ l-implimentazzjoni sabiex tiġi stabbilita l-istruttura organizzattiva tan-Netwerk. |
(2) |
Biex tħejji u timplimenta l-attivitajiet provduti fl-Artikolu 67(a) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, għandu jitwaqqaf Kumitat ta’ Koordinament fi ħdan in-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali. Għaldaqstant għandhom jiġu definiti l-istruttura organizzativa, il-kompiti u r-regoli proċedurali tal-Kumitat ta’ Koordinament. |
(3) |
Għandu jitwaqqaf Sottokumitat separat tal-Leader taħt il-Kumitat ta’ Koordinament, biex jappoġġa n-netwerks nazzjonali u l-inizjattivi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali kif riferut fl-Artikolu 67(f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Il-kompożizzjoni u l-kompiti ta’ dan is-sottokumitat għandhom jiġu definiti. |
(4) |
Għandu jiġi stabbilit Kumitat Espert ta’ Evalwazzjoni ta’ Programmi ta’ l-Iżvilupp Rurali, biex iwaqqaf u jħaddem netwerks ta’ esperti bil-għan li jiffaċilita l-iskambju ta’ l-għarfien espert u li jappoġġa l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politika dwar l-iżvilupp rurali kif provdut fl-Artikolu 67(e) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Il-kompożizzjoni u l-kompiti ta’ dan il-kumitat għandhom jiġu definiti. |
(5) |
Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Iżvilupp Rurali, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kumitat ta’ Koordinament
1. B’dan qed jitwaqqaf il-Kumitat ta’ Koordinament tan-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (minn hawn 'il quddiem ‘il-Kumitat ta’ Koordinament’).
2. B’mod partikolari, il-Kumitat ta’ Koordinament għandu:
(a) |
jassisti lill-Kummissjoni fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet provduti bl-Artikoli 67(a) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005; |
(b) |
jiżgura l-koordinament bejn in-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, in-netwerks rurali nazzjonali li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, u organizzazzjonijiet attivi fl-iżvilupp rurali fil-livell tal-Komunità; |
(ċ) |
jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar il-programm ta’ ħidma annwali tan-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u jikkontribwixxi għall-għażla u l-koordinament tax-xogħol tematiku mwettaq min-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali; |
(d) |
jagħmel proposti lill-Kummissjoni, skond ma jkun f’loku, dwar il-ħolqien ta’ gruppi ta’ ħidma tematiċi. |
L-attivitajiet tan-netwerk ta’ l-evalwazzjoni koperti bl-Artikolu 5 għandhom ikunu esklużi mix-xogħlijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 2
Il-ħatra u l-operat tal-Kumitat ta’ Koordinament
1. Il-Kumitat ta’ Koordinament għandu jkun magħmul minn 69 membru, li fosthom:
(a) |
27 rappreżentant għandhom ikunu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (rappreżentant wieħed (1) minn kull Stat Membru); |
(b) |
27 rappreżentant għandhom ikunu min-netwerks rurali nazzjonali (rappreżentant wieħed (1) minn kull Stat Membru); |
(ċ) |
12-il rappreżentant għandhom ikunu minn organizzazzjonijiet attivi fil-qasam ta’ l-iżvilupp rurali fil-livell tal-Komunità; |
(d) |
2 rappreżentanti għandhom ikunu mis-Sottokumitat tal-Leader provdut bl-Artikolu 4; |
(e) |
rappreżentant wieħed (1) għandu jkun minn organizzazzjoni Ewropea li tirrappreżenta gruppi lokali ta’ azzjoni riferuti fl-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. |
2. L-organizzazzjonijiet li għalihom hemm referenza fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1 għandha tagħżilhom il-Kummissoni minn fost il-membri tal-Grupp Konsultattiv dwar l-Iżvilupp Rurali stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/391/KE (2), wara li tkun ikkonsultat ma’ dak il-Grupp.
Il-Kummissjoni għandha tagħżel, għal kull wieħed mit-tliet għanijiet li ġejjin, massimu ta’ erba' organizzazzjonijiet li l-fini u l-attività ewlenija tagħhom tikkorrispondi għal dawk l-għanijiet:
(a) |
it-titjib tal-kompetittività ta’ l-agrikoltura u l-foresterija; |
(b) |
it-titjib ta’ l-ambjent u l-kampanja; |
(ċ) |
it-titjib tal-kwalità tal-ħajja fiż-żoni rurali, u d-diversifikazzjoni ta’ l-ekonomija rurali. |
L-organizzazzjonijiet li jintgħażlu għandhom jiddeżinjaw wieħed minn fost il-membri tagħhom bħala rappreżentant fil-Kumitat ta’ Koordinament.
3. Il-president tal-Kumitat ta’ Koordinament għandu jkun rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-president għandu jlaqqa' l-Kumitat ta’ Koordinament talanqas darba fis-sena.
Artikolu 3
Grupp tematiku ta’ ħidma
1. Grupp tematiku ta’ ħidma stabbilit skond l-Artikolu 1(2)(d) għandu jkollu mandat definit, u jkun presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.
2. Grupp tematiku ta’ ħidma ma għandux ikollu aktar minn 15-il membru. Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri tal-grupp tematiku ta’ ħidma bil-qies tal-proposti magħmula mill-Kumitat ta’ Koordinament.
3. Il-gruppi tematiċi ta’ ħidma għandhom jirrapppurtaw lill-Kumitat ta’ Koordinament regolarment dwar is-suġġetti koperti bil-mandat tagħhom. Il-gruppi tematiċi ta’ ħidma għandhom jissottomettu r-riżultati ta’ l-attivitajiet tagħhom fil-forma ta’ rapport finali waqt laqgħa tal-Kumitat ta’ Koordinament, mhux aktar tard minn sentejn mid-data tat-twaqqif tagħhom.
Artikolu 4
Is-Sottokumitat tal-Leader
1. B’dan qed jiġi stabbilit is-Sottokumitat tal-Leader għall-Kumitat ta’ Koordinament.
2. B’mod partikolari, is-Sottokumitat tal-Leader għandu:
(a) |
jagħti kontribut għall-ħidma tal-Kumitat ta’ Koordinament; |
(b) |
jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar il-programm ta’ ħidma annwali tan-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali rigward l-assi Leader u jikkontribwixxi għall-għażla u l-koordinament tax-xogħol tematiku f’dan il-qasam; |
(ċ) |
jassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali kif provduti bl-Artikoli 67(f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005; |
(d) |
jirrapporta regolarment lill-Kumitat ta’ Koordinament dwar l-attivitajiet tiegħu. |
3. Is-Sottokumitat tal-Leader għandu jkun magħmul minn 67 membru, li fosthom:
(a) |
27 rappreżentant għandhom ikunu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (rappreżentant wieħed (1) minn kull Stat Membru); |
(b) |
27 rappreżentant għandhom ikunu min-netwerks rurali nazzjonali (rappreżentant wieħed (1) minn kull Stat Membru); |
(ċ) |
rappreżentant wieħed (1) għandu jkun minn organizzazzjoni Ewropea li tirrappreżenta gruppi lokali ta’ azzjoni riferuti fl-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005; |
(d) |
12-il rappreżentant għandhom ikunu minn organizzazzjonijiet attivi fil-qasam ta’ l-iżvilupp rurali fil-livell tal-Komunità. |
4. Il-president tas-Sottokumitat tal-Leader għandu jkun rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-president għandu jlaqqa' s-Sottokumitat tal-Leader talanqas darba kull sena.
Is-Sottokumitat tal-Leader għandu jiddeżinja 2 mill-membri tiegħu bħala rappreżentanti fil-Kumitat ta’ Koordinament.
Artikolu 5
Il-Kumitat Espert ta’ Evalwazzjoni
1. B’dan qed jitwaqqaf il-Kumitat Espert ta’ l-Evalwazzjoni ta’ Programmi ta’ l-Iżvilupp Rurali (minn hawn 'il quddiem ‘il-Kumitat Espert ta’ Evalwazzjoni’).
2. Il-kumitat espert ta’ Evalwazzjoni għandu jsegwi l-ħidma tan-Netwerk Espert ta’ Evalwazzjoni riferut fl-Artikolu 67(e) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 f’relazzjoni ma’ l-iskambju ta’ għarfien espert u l-istabbiliment ta’ l-aħjar prattika dwar l-evalwazzjoni tal-politika ta’ l-iżvilupp rurali u partikolarment:
(a) |
jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar il-programm ta’ ħidma annwali tan-Netwerk Espert ta’ Evalwazzjoni; |
(b) |
jagħti kontribut għall-għażla u l-koordinament tal-ħidma tematika ta’ evalwazzjoni; |
(ċ) |
jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ l-evalwazzjoni kontinwa. |
Il-Kumitat Espert ta’ Evalwazzjoni għandu regolarment jinforma lill-Kumitat ta’ Koordinament dwar l-attivitajiet tiegħu.
3. Il-Kumitat Espert ta’ Evalwazzjoni għandu jkun magħmul minn 2 rappreżentanti minn kull awtorità nazzjonali kompetenti, u għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.
Artikolu 6
Regoli komuni
1. Rappreżentanti tal-Kummisjsoni u ta’ l-aġenziji tal-Komunità Ewropea li jkollhom interess fil-proċedimenti jistgħu jattendu l-laqgħat tal-kumitati u tal-gruppi tematiċi ta’ ħidma. Il-president jista' jistieden esperti jew osservaturi minn barra l-kumitat, li jkollhom kompetenza speċifika f’suġġett fuq l-aġenda, biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-kumitat jew tal-grupp tematiku ta’ ħidma.
2. Il-kumitati u l-gruppi tematiċi ta’ ħidma normalment għandhom jiltaqgħu f’binjiet tal-Kummissjoni skond il-proċeduri u l-iskeda stabbiliti minn din ta’ l-aħħar.
3. Il-kumitati għandhom jadottaw ir-regoli ta’ proċedura tagħhom abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura adottati mill-Kummissjoni.
4. Il-Kummissjoni tista' tippubblika fuq l-Internet, fil-lingwa oriġinali tad-dokument ikkonċernat, kwalunkwe sommarju, konklużjoni jew konklużjoni parzjali jew dokument ta’ ħidma tal-kumitati.
5. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rifużjoni ta’ l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar u s-sussistenza li jkunu ġarrbuhom il-membri fil-kuntest tal-laqgħat tal-kumitati u tal-gruppi tematiċi ta’ ħidma skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Kummissjoni. Il-membri ma għandhomx jitħallsu għad-dmirijiet tagħhom.
Artikolu 7
Id-Data tad-dħul fis-seħħ
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Frar 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2012/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 8).
(2) ĠU L 120, 24.4.2004, p. 50.