Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1441

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1441/2007 tal- 5 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikro-bijoloġiċi għall-oġġetti ta’ l-ikel (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 322, 7.12.2007, p. 12–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1441/oj

7.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1441/2007

tal-5 ta’ Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikro-bijoloġiċi għall-oġġetti ta’ l-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti ta’ l-ikel (1), u partikolarment l-Artikoli 4(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikro-bijoloġiċi għall-oġġetti ta’ l-ikel (2) jistipula l-kriterji mikro-bijoloġiċi għal ċerti mikro-organiżmi u r-regoli ta’ implimentazzjoni li jridu jikkonformaw magħhom l-operaturi fis-settur ta’ l-ikel fl-implimentazzjoni tal-miżuri ġenerali u speċifiċi ta’ iġjene msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 jistipula wkoll li l-operaturi fis-settur ta’ l-ikel għandhom jiżguraw li l-oġġetti ta’ l-ikel jikkonformaw mal-kriterji mikro-bijoloġiċi rilevanti stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Il-Kapitoli 1 u 2 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 stabbilixxa kriterji ta’ sikurezza għall-oġġetti ta’ l-ikel u kriteri dwar il-proċess ta’ iġjene rigward formuli mnixxfa tat-trabi u ikel djetetiku mnixxef għal skopijiet mediċi speċifiċi intenzjonati għat-trabi taħt is-sitt xhur (formuli mnixxfa tat-trabi u ikel djetetiku mnixxef). Il-Parti 2.2 ta’ Kapitolu 2 ta’ l-Anness tistipula li fejn formuli mnixxfa tat-trabi u ikel djetetiku mnixxef mhumiex ittestjati u jinstab li jkollhom l-Enterobacteriaceae f'xi wieħed mill-unitajiet kampjuni, il-grupp għandu jiġi ttestjat għall-Enterobacter sakazakii u s-Salmonella.

(3)

Fl-24 ta’ Jannar 2007, Il-Bord Xjentifiku dwar il-Perikli Bijoloġiċi (il-Bord tal-BIOHAZ) ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari (EFSA) ħareġ opinjoni dwar l-Enterobacteriaceae bħala indikaturi tas-Salmonella u ta’ l-Enterobacter sakazakii. Dan ikkonkluda li ma kienx possibbli li tiġi stabbilita korrelazzjoni bejn l-Enterobacteriaceae u s-Salmonella, u li ma teżisti ebda korrelazzjoni universali bejn l-Enterobacteriaceae u l-Enterobacter sakazakii. Fil-livell individwali ta’ l-impjant, tista' tiġi stabbilita madankollu korrelazzjoni bejn l-Enterobacteriaceae u l-Enterbacter sakazakii.

(4)

Għalhekk ir-rekwiżit stipulat fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar l-ittestjar tas-Salmonella u ta’ l-Enterobacter sakazakii fil-formuli mnixxfa tat-trabi u ikel djetetiku mnixxef fejn jinstabu l-Enterobacteriaceae f'xi wieħed mill-unitajiet kampjuni ma għandux japplika aktar. Il-Parti 2.2 tal-Kapitolu 2 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandha għalhekk tiġi emendata.

(5)

B'konformità ma’ l-opinjoni dwar ir-riskji mikro-bijoloġiċi fil-formuli tat-trabi u formuli ta’ prosegwiment maħruġa mill-Bord tal-BIOHAZ ta’ l-EFSA fid-9 ta’ Settembru 2004, għandhom jiġu stipulati kriterji mikro-bijoloġiċi dwar is-Salmonella u l-Enterobacteriaceae għal formuli mnixxfa ta’ prosegwiment.

(6)

Il-Bord tal-BIOHAZ ta’ l-EFSA ħareġ opinjoni dwar il-Bacillus cereus u Bacillus spp. oħrajn fl-oġġetti ta’ l-ikel fis-26 u fis-27 ta’ Jannar 2005. Hu kkonkluda li waħda mill-miżuri prinċipali ta’ kontroll hu li tiġi kkontrollata t-temperatura u li tiġi stabbilita sistema bbażata fuq analiżi tal-periklu u tal-prinċipji ta’ punti ta’ kontroll kritiċi. Ikel diżidratat, li fih il-preżenza ta’ spori tal-Bacillus spp patoġeniku hi frekwenti, jista' jippermetti t-tkabbir tal-Bacillus cereus meta jkun idratat mill-ġdid f'ilma fietel. Xi ikel diżidratat, inklużi formuli mnixxfa tat-trabi u ikel djetetiku mnixxef, jiġi kkunsmat minn konsumaturi potenzjalment fraġli. B'konformità ma’ l-opinjoni ta’ l-EFSA, in-numri ta’ l-ispori tal-Bacillus cereus fil-formuli mnixxfa tat-trabi u ikel djetetiku mnixxef għandu jkun kemm jista' jkun baxx possibbli matul l-ipproċessar u għandu jiġi stipulat kriterju ta’ l-iġjeni tal-proċess flimkien ma’ prattiċi tajba maħsuba biex jitnaqqas id-dewmien bejn il-preparazzjoni u l-konsum.

(7)

Il-Kapitolu 1 ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 jipprovdi metodu analitiku ta’ referenza għall-enterotossini stafilokokki f'ċerti ġobniet, trab tal-ħalib u trab tax-xorrox. Dan il-metodu kien rivedut mil-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għall-istafilokokki coagulażi pożittivi. Ir-referenza għal dan il-metodu analitiku ta’ referenza għandha għalhekk tiġi emendata. Il-Kapitolu 1 ta’ l-Anness I ma’ dan ir-Regolament għandha għalhekk tiġi emendata għal din ir-raġuni.

(8)

Il-Kapitolu 3 ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 jistabbilixxi regoli għat-teħid ta’ kampjuni għall-karkassi tal-bovini, il-ħnieżer, in-ngħaġ, il-mogħoż u ż-żwiemel għall-analiżi tas-Salmonella. Skond dawn ir-regoli l-erja tat-teħid tal-kampjun għandha tkopri minimu ta’ 100 cm2 għal kull sit magħżul. Madankollu, la n-numri tas-siti għat-teħid tal-kampjuni lanqas l-erja totali minima tat-teħid tal-kampjuni mhi speċifikata. Sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli fil-Komunità, xieraq li jiġi speċifikat aktar fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 li l-erjas li l-aktar hemm ċans li jiġu kkontaminati għandhom jingħażlu għat-teħid tal-kampjuni u l-erja totali għat-teħid tal-kampjuni għandha tiżdied. Il-Kapitolu 3 ta’ l-Anness I ma’ dan ir-Regolament għandha għalhekk tiġi emendata għal din ir-raġuni.

(9)

Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, xieraq li jiġi sostitwit l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 huwa mibdul bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1; kif ikkoreġġuta bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

(2)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.


ANNESS

“ANNESS I

Kriterji mikro-bijoloġiċi għall-oġġetti ta' l-ikel

Kapitolu 1.

Kriterji tas-sikurezza ta' l-ikel 15

Kapitolu 2.

Kriterji ta' l-iġjene tal-proċess 20

2.1

Laħam u prodotti tiegħu 20

2.2

Ħalib u prodotti tal-ħalib 23

2.3

Prodotti tal-bajd 26

2.4

Prodotti tas-sajd 27

2.5

Ħxejjex, frott u prodotti tagħhom 28

Kapitolu 3.

Regoli għat-teħid tal-kampjuni u t-tħejjija tal-kampjuni għall-ittestjar 29

3.1

Regoli għat-teħid tal-kampjuni u t-tħejjija tal-kampjuni għall-ittestjar 29

3.2

Teħid ta' kampjuni batterjoloġiċi fil-biċċeriji u fi stabbilimenti li jipproduċu l-laħam ikkapuljat u l-preparazzjonijiet tal-laħam 29

Kapitolu 1.   Kriterji tas-sikurezza ta' l-ikel

Kategorija ta' l-ikel

Mikro-organiżmi/it-tossini tagħhom, u l-metaboliti

Pjan għat-teħid tal-kampjuni (1)

Limiti (2)

Metodu analitiku ta' referenza (3)

Stadju fejn japplika l-kriterju

n

c

m

M

1.1

Ikel lest biex jittiekel maħsub għat-trabi u ikel lest biex jittiekel għal skopijiet mediċi speċjali (4)

Listeria monocytogenes

10

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 11290-1

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.2

Ikel lest biex jittiekel favorevoli għall-iżvilupp ta' L. Monocytogenes, għajr dak maħsub għat-trabi u għal skopijiet mediċi speċjali

Listeria monocytogenes

5

0

100  cfu/g (5)

EN/ISO 11290-2 (6)

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

5

0

Assenza f'25 g (7)

EN/ISO 11290-1

Qabel ma l-ikel jitlaq mill-kontroll immedjat ta' l-operatur fis-settur ta' l-ikel li pproduċieh

1.3

Ikel lest biex jittiekel favorevoli għall-iżvilupp ta' L. Monocytogenes, għajr dak maħsub għat-trabi u għal skopijiet mediċi speċjali (4)  (8)

Listeria monocytogenes

5

0

100  cfu/g

EN/ISO 11290-2 (6)

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.4

Laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam maħsuba biex jittieklu nejjin

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.5

Ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam magħmula minn laħam tat-tjur ta' l-irziezet maħsuba biex jittieklu msajra

Salmonella

5

0

Mill-1.1.2006

Assenza f'10 g

Mill-1.1.2010

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.6

Laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam magħmula minn speċi oħra li mhumiex tjur ta' l-irziezet maħsuba biex jittieklu msajra

Salmonella

5

0

Assenza f'10 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.7

Laħam separat bil-magni (MSM) (9)

Salmonella

5

0

Assenza f'10 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.8

Prodotti tal-laħam maħsuba biex jittieklu nejja, minbarra prodotti fejn il-proċess ta' manifattura jew il-kompożizzjoni tal-prodott jeliminaw ir-riskju tas-salmonella

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.9

Prodotti tal-laħam magħmula minn laħam tat-tjur ta' l-irziezet maħsuba biex jittieklu msajra

Salmonella

5

0

Mill-1.1.2006

Assenza f'10 g

Mill-1.1.2010

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.10

Ġelatina u kollaġini

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.11

Ġobnijiet, butir u krema magħmulin minn ħalib nej jew ħalib li għadda minn trattament bi sħana iktar baxxa mill-pastorizzazzjoni (10)

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.12

Trab tal-ħalib u trab tax-xorrox

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.13

Ġelati (11), minbarra prodotti fejn il-proċess ta' manifattura jew il-kompożizzjoni tal-prodott jelimina r-riskju tas-salmonella

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.14

Prodotti tal-bajd, minbarra prodotti fejn il-proċess ta' manifattura jew il-kompożizzjoni tal-prodott jelimina r-riskju tas-salmonella

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.15

Ikel lest biex jittiekel li fih il-bajd nej, minbarra prodotti fejn il-proċess ta' manifattura jew il-kompożizzjoni tal-prodott jeliminaw ir-riskju tas-salmonella

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g jew ml

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.16

Krustaċji u molluski msajra

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.17

Molluski bivalvi ħajjin u ekinodermi, tunikati u gastropodi ħajjin

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.18

Żerriegħa mnibbta (lesta biex tittiekel) (12)

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.19

Frott u ħxejjex maqtugħin (lesti biex jittieklu)

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.20

Meraq tal-frott u l-ħxejjex mhux ippastorizzati (lesti biex jittieklu)

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.21

Ġobnijiet, trab tal-ħalib u trab tax-xorrox, kif imsemmija fil-kriterju ta' l-istafilokokki koagulażi pożittivi fil-Kapitolu 2.2 ta' dan l-Anness

Enterotossini stafilokokkali

5

0

Mhux individwat f'25g

Il-metodu Ewropew ta' skrining tas-CRL għal stafilokokki koagulażi pożittivi (13)

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.22

Formoli mnixxfa tat-trabi u l-ikel djetetiku mnixxef għal skopijiet mediċi speċjali maħsuba għal trabi ta' inqas minn sitt xhur

Salmonella

30

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.23

Formoli mnixxfa ta' prosegwiment

Salmonella

30

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.24

Formoli mnixxfa tat-trabi u l-ikel djetetiku mnixxef għal skopijiet mediċi speċjali maħsuba għal trabi b'età ta' inqas minn sitt xhur (14)

Enterobacter sakazakii

30

0

Assenza f'10 g

ISO/TS 22964

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.25

Molluski bivalvi ħajjin u ekinodermi, tunikati u gastropodi ħajjin

E. coli  (15)

1  (16)

0

230 MPN / 100g ta' likwidu tal-laħam jew intra-valvulari

ISO TS 16649-3

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.26

Prodotti tas-sajd minn speċi tal-ħut assoċjati ma' ammonti għolja ta' l-istidina (17)

Istamina

9  (18)

2

100 mg/kg

200 mg/kg

HPLC (19)

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.27

Prodotti tal-ħut li kellhom trattament ta' maturazzjoni ta' l-enżimi fl-imluħa, immanifatturati minn speċi tal-ħut assoċjati ma' ammonti għolja ta' l-istidina (17)

Istamina

9

2

200 mg/kg

400 mg/kg

HPLC (19)

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

Interpretazzjoni tar-riżultati ta' l-ittestjar

Il-limiti mogħtija jirreferu għal kull unità kampjun ittestjata, esklużi l-molluski bivalvi ħajjin u l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi ħajjin fir-rigward ta' l-ittestjar għall-E. coli, fejn il-limitu jirreferi għal kampjun kompost.

Ir-riżultati ta' l-ittestjar juru l-kwalità mikro-bijoloġika tal-grupp ittestjat (20).

L-L.monocytogenes f'ikel lest biex jittiekel maħsub għat-trabi u għal skopijiet mediċi speċjali:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jindikaw l-assenza tal-batterju,

mhux sodisfaċenti, jekk il-preżenza tal-batterju tiġi individwata f'wieħed mill-unitajiet kampjuni.

L. monocytogenes f'ikel lest biex jittiekel li kapaċi jsostni t-tkabbir tal-L. monocytogenes qabel ma l-ikel iħalli l-kontroll immedjat ta' l-operatur fis-settur ta' l-ikel li qed jipproduċi meta dan mhux kapaċi juri li l-prodott mhux se jaqbeż il-limitu ta' 100 cfu/g matul il-perjodu ta' konservabilità:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jindikaw l-assenza tal-batterju,

mhux sodisfaċenti, jekk il-preżenza tal-batterju tiġi individwata f'wieħed mill-unitajiet kampjuni.

L. monocytogenes f'ikel ieħor lest biex jittiekel u E. coli f'molluski bivalvi ħajjin:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati huma ≤ mil-limitu,

mhux sodisfaċenti, jekk kwalunkwe wieħed mill-valuri huwa > mil-limitu.

Salmonella f'kategoriji differenti ta' l-ikel:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jindikaw l-assenza tal-batterju,

mhux sodisfaċenti, jekk il-preżenza tal-batterju tiġi individwata f'wieħed mill-unitajiet kampjuni.

Enterotossini stafilokokki fi prodotti tal-ħalib

sodisfaċenti, jekk fl-unitajiet kampjuni kollha ma jinstabux enterotossini,

mhux sodisfaċenti, jekk l-enterotossini jinstabu fi kwalunkwe wieħed mill-unitajiet kampjuni.

Enterobacter sakazakii f'formoli mnixxfa tat-trabi u ikel djetetiku mnixxef għal skopijiet mediċi speċjali maħsuba għal trabi b'età ta' inqas minn sitt xhur:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jindikaw l-assenza tal-batterju,

mhux sodisfaċenti, jekk il-preżenza tal-batterju tiġi individwata f'wieħed mill-unitajiet kampjuni.

Istamina fi prodotti tas-sajd minn speċijiet tal-ħut assoċjati ma' ammonti għolja ta' l-istidina:

sodisfaċenti, jekk ikunu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

1.

il-valur medju osservat ikun ≤ m

2.

massimu ta' valuri c/n osservati jkunu bejn m u M

3.

l-ebda valur osservat ma jeċċedi l-limitu ta' M,

mhux sodisfaċenti, jekk il-valur medju osservat jeċċedi m, jew iktar minn c/n valuri jkunu bejn m u M jew wieħed jew iktar mill-valuri osservati jkun >M.

Kapitolu 2.   Kriterji ta' l-iġjene tal-proċess

2.1    Laħam u prodotti tiegħu

Kategorija ta' l-ikel

Mikro-organiżmi

Pjan tat-teħid tal-kampjuni (21)

Limiti (22)

Metodu analitiku ta' referenza (23)

Stadju fejn japplika l-kriterju

Azzjoni fil-każ ta' riżultati mhux sodisfaċenti

n

c

m

M

2.1.1

Karkassi ta' bovini, nagħaġ, mogħoż u żwiemel (24)

Għadd totali tal-mikro-organiżmi aerobiċi

 

 

3,5 log cfu/cm2 log medju ta' kuljum

5,0 log cfu/cm2 log medju ta' kuljum

ISO 4833

Karkassi wara l-preparazzjoni iżda qabel it-tkessiħ

Titjib fl-iġjene tal-qtil u reviżjoni tal-kontrolli tal-proċess

Enterobacteriaceae

 

 

1,5 log cfu/cm2 log medju ta' kuljum

2,5 log cfu/cm2 log medju ta' kuljum

ISO 21528-2

Karkassi wara l-preparazzjoni iżda qabel it-tkessiħ

Titjib fl-iġjene tal-qtil u reviżjoni tal-kontrolli tal-proċess

2.1.2

Karkassi tal-ħnieżer (24)

Għadd totali tal-mikro-organiżmi aerobiċi

 

 

4,0 log cfu/cm2 log medju ta' kuljum

5,0 log cfu/cm2 log medju ta' kuljum

ISO 4833

Karkassi wara l-preparazzjoni iżda qabel it-tkessiħ

Titjib fl-iġjene tal-qtil u reviżjoni tal-kontrolli tal-proċess

Enterobacteriaceae

 

 

2,0 log cfu/cm2 log medju ta' kuljum

3,0 log cfu/cm2 log medju ta' kuljum

ISO 21528-2

Karkassi wara l-preparazzjoni iżda qabel it-tkessiħ

Titjib fl-iġjene tal-qtil u reviżjoni tal-kontrolli tal-proċess

2.1.3

Karkassi ta' bovini, nagħaġ, mogħoż u żwiemel

Salmonella

50  (25)

2  (26)

Assenza fl-erja ttestjata għal kull karkassa

EN/ISO 6579

Karkassi wara l-preparazzjoni iżda qabel it-tkessiħ

Titjib fl-iġjene tal-qtil, reviżjoni tal-kontrolli fuq il-proċess u ta' l-oriġini ta' l-annimali

2.1.4

Karkassi tal-ħnieżer

Salmonella

50  (25)

5  (26)

Assenza fl-erja ttestjata għal kull karkassa

EN/ISO 6579

Karkassi wara l-preparazzjoni iżda qabel it-tkessiħ

Titjib fl-iġjene tal-qtil u reviżjoni tal-kontrolli fuq il-proċess, ta' l-oriġini ta' l-annimali u tal-miżuri ta' bijosigurtà fl-istabbiliment ta' l-oriġini

2.1.5

Karkassi tat-tjur ta' l-irziezet, ta' tiġieġ żgħar u dundjani

Salmonella

50  (25)

7  (26)

Assenza f'25 g ta' kampjun kompost ta' ġilda ta' l-għonq

EN/ISO 6579

Il-karkassi wara t-tkessiħ

Titjib fl-iġjene tal-qtil u reviżjoni tal-kontrolli fuq il-proċess, ta' l-oriġini ta' l-annimali u tal-miżuri ta' bijosigurtà fl-istabbiliment ta' l-oriġini

2.1.6

Laħam ikkapuljat

Għadd totali tal-mikro-organiżmi aerobiċi (27)

5

2

5 × 105 cfu/g

5 × 106 cfu/g

ISO 4833

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni u titjib fl-għażla u/jew l-oriġini tal-materji primi.

E. coli  (28)

5

2

50 cfu/g

500 cfu/g

ISO 16649-1 jew 2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni u titjib fl-għażla u/jew l-oriġini tal-materji primi.

2.1.7

Laħam separat bil-magni (MSM) (29)

Għadd totali tal-mikro-organiżmi aerobiċi

5

2

5 × 105 cfu/g

5 × 106 cfu/g

ISO 4833

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni u titjib fl-għażla u/jew l-oriġini tal-materji primi.

E. coli  (28)

5

2

50 cfu/g

500 cfu/g

ISO 16649-1 jew 2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni u titjib fl-għażla u/jew l-oriġini tal-materji primi.

2.1.8

Preparazzjonijiet tal-laħam

E. coli  (28)

5

2

500 cfu/g jew cm2

5 000 cfu/g jew cm2

ISO 16649-1 jew 2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni u titjib fl-għażla u/jew l-oriġini tal-materji primi.

Interpretazzjoni tar-riżultati ta' l-ittestjar

Il-limiti mogħtija jirreferu għal kull unità kampjun ittestjata, eskluż l-ittestjar ta' karkassi fejn il-limiti jirreferu għal kampjuni komposti.

Ir-riżultati ta' l-ittestjar juru l-kwalità mikro-bijoloġika tal-proċess ittestjat.

Enterobacteriaceae u l-għadd totali ta' mikro-organiżmi aerobiċi fil-karkassi ta' bovini, nagħaġ, mogħoż, żwiemel u ħnieżer:

sodisfaċenti, jekk il-log medju ta' kuljum hu ≤ m,

aċċettabbli, jekk il-log medju ta' kuljum hu bejn m u M,

mhux sodisfaċenti, jekk il-log medju ta' kuljum hu > M.

Salmonella fil-karkassi:

sodisfaċenti, jekk il-preżenza tas-Salmonella tinstab f'massimu ta' c/n kampjuni,

mhux sodisfaċenti, jekk il-preżenza tas-Salmonella tinstab f'iktar minn c/n kampjuni.

Wara kull sessjoni ta' teħid ta' kampjuni, ir-riżultati ta' l-aħħar għaxar sessjonijiet ta' teħid ta' kampjuni għandhom jiġu evalwati sabiex jinkiseb in-numru n ta' kampjuni.

L-E. coli u l-għadd totali ta' mikro-organiżmi aerobiċi fil-laħam ikkapuljat, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-laħam separat bil-magni (MSM):

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jkunu ≤ m,

aċċettabbli, jekk massimu ta' c/n valuri jkunu bejn m u M, u l-bqija tal-valuri osservati jkunu ≤ m,

mhux sodisfaċenti, jekk wieħed jew iktar mill-valuri osservati jkun > M, jew iktar minn c/n valuri jkunu bejn m u M.

2.2    Ħalib u prodotti tal-ħalib

Kategorija ta' l-ikel

Mikro-organiżmi

Pjan tat-teħid tal-kampjuni (30)

Limiti (31)

Metodu analitiku ta' referenza (32)

Stadju fejn japplika l-kriterju

Azzjoni fil-każ ta' riżultati mhux sodisfaċenti

n

c

m

M

2.2.1

Ħalib ippastorizzat u prodotti oħra likwidi tal-ħalib ippastorizzat (33)

Enterobacteriaceae

5

2

< 1/ml

5/ml

ISO 21528-1

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Kontrolli fuq l-effiċjenza tat-trattament bis-sħana u l-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni mill-ġdid kif ukoll il-kwalità tal-materji primi

2.2.2

Ġobnijiet magħmula minn ħalib jew xorrox li għadda minn trattament bis-sħana

E. coli  (34)

5

2

100 cfu/g

1 000 cfu/g

ISO 16649-1 jew 2

Fil-ħin matul il-proċess ta' manifattura fejn l-għadd totali ta' l-E. coli mistenni li jkun l-ogħla (35)

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni u l-għażla tal-materji primi

2.2.3

Ġobnijiet magħmula minn ħalib mhux ippastorizzat

Stafilkokki koagulażi pożittivi

5

2

10 4 cfu/g

10 5 cfu/g

EN/ISO 6888-2

Fil-ħin matul il-proċess ta' manifattura fejn l-għadd totali ta' stafilokokki mistenni li jkun l-ogħla

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni u l-għażla tal-materji primi. Jekk jinstabu valuri >105 cfu/g, il-grupp ta' ġobnijiet għandu jiġi ttestjat għal enterotossini stafilokokki.

2.2.4

Ġobnijiet magħmula minn ħalib li kellu trattament bi sħana iktar baxxa mill-pastorizzazzjoni (36) u ġobnijiet immaturati magħmula minn ħalib jew xorrox li ġie ppastorizzat jew kellu trattament bi sħana ikbar (36)

Stafilkokki koagulażi pożittivi

5

2

100 cfu/g

1 000 cfu/g

EN/ISO 6888-1 jew 2

2.2.5

Ġobnijiet rotob mhux immaturati (ġobnijiet friski) magħmula minn ħalib jew xorrox li ġie ppastorizzat jew kellu trattament bi sħana iktar qawwija (36)

Stafilkokki koagulażi pożittivi

5

2

10 cfu/g

100 cfu/g

EN/ISO 6888-1 jew 2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni. Jekk jinstabu valuri >105 cfu/g, il-grupp ta' ġobnijiet għandu jiġi ttestjat għal enterotossini stafilokokki.

2.2.6

Butir u krema magħmulin minn ħalib nej jew ħalib li kellu trattament bi sħana inqas minn dik tal-pastorizzazzjoni

E. coli  (34)

5

2

10 cfu/g

100 cfu/g

ISO 16649-1 jew 2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni u l-għażla tal-materji primi

2.2.7

Trab tal-ħalib u trab tax-xorrox (33)

Enterobacteriaceae

5

0

10 cfu/g

ISO 21528-2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Kontrolli fuq l-effiċjenza tat-trattament bis-sħana u l-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni mill-ġdid

Stafilkokki koagulażi pożittivi

5

2

10 cfu/g

100 cfu/g

EN/ISO 6888-1 jew 2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni. Jekk jinstabu valuri > 105 cfu/g, il-grupp għandu jiġi ttestjat għall-enterotossini stafilokokki.

2.2.8

Ġelati (37) u deżerti magħmula bil-ħabib iffriżati

Enterobacteriaceae

5

2

10 cfu/g

100 cfu/g

ISO 21528-2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni

2.2.9

Il-formoli mnixxfa tat-trabi u l-ikel djetetiku mnixxef għal skopijiet mediċi speċjali maħsuba għal trabi ta' inqas minn sitt xhur

Enterobacteriaceae

10

0

Assenza f'10 g

ISO 21528-1

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni sabiex tiġi mminimizzata l-kontaminazzjoni (38).

2.2.10

Il-formoli mnixxfa ta' prosegwiment

Enterobacteriaceae

5

0

Assenza f'10 g

ISO 21528-1

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni sabiex tiġi mminimizzata l-kontaminazzjoni.

2.2.11

Il-formoli mnixxfa tat-trabi u l-ikel djetetiku mnixxef għal skopijiet mediċi speċjali maħsuba għal trabi ta' inqas minn sitt xhur

Bacillus cereus preżuntiv

5

1

50 cfu/g

500 cfu/g

EN/ISO 7932 (39)

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni. Prevenzjoni tar-rikontaminazzjoni. Għażla ta' materja prima.

Interpretazzjoni tar-riżultati ta' l-ittestjar

Il-limiti mogħtija jirreferu għal kull unità kampjun ittestjata.

Ir-riżultati ta' l-ittestjar juru l-kwalità mikro-bijoloġika tal-proċess ittestjat.

Enterobacteriaceae f'formoli mnixxfa tat-trabi, ikel djetetiku mnixxef għal skopijiet mediċi speċjali maħsuba għal trabi b'età ta' inqas minn sitt xhur u formuli mnixxfa ta' prosegwiment:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jindikaw l-assenza tal-batterju,

mhux sodisfaċenti, jekk il-preżenza tal-batterju tiġi individwata f'wieħed mill-unitajiet kampjuni.

E. coli, Enterobacteriaceae (kategoriji oħrajn ta' l-ikel) u stafilokokki koagulażi pożittivi:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jkunu ≤ m,

aċċettabbli, jekk massimu ta' c/n valuri jkunu bejn m u M, u l-bqija tal-valuri osservati jkunu ≤ m,

mhux sodisfaċenti, jekk wieħed jew iktar mill-valuri osservati jkun > M, jew iktar minn c/n valuri jkunu bejn m u M.

Il-Bacillus cereus f'formoli mnixxfa tat-trabi u ikel djetetiku mnixxef għal skopijiet mediċi speċjali maħsuba għal trabi b'età ta' inqas minn sitt xhur:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jkunu ≤ m,

aċċettabbli, jekk massimu ta' c/n valuri jkunu bejn m u M, u l-bqija tal-valuri osservati jkunu ≤ m,

mhux sodisfaċenti, jekk wieħed jew iktar mill-valuri osservati jkun > M, jew iktar minn c/n valuri jkunu bejn m u M.

2.3    Prodotti tal-bajd

Kategorija ta' l-ikel

Mikro-organiżmi

Pjan tat-teħid tal-kampjuni (40)

Limiti

Metodu analitiku ta' referenza (41)

Stadju fejn japplika l-kriterju

Azzjoni fil-każ ta' riżultati mhux sodisfaċenti

n

c

m

M

2.3.1

Prodotti tal-bajd

Enterobacteriaceae

5

2

10 cfu/g jew ml

100 cfu/g jew ml

ISO 21528-2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Kontrolli fuq l-effiċjenza tat-trattament bis-sħana u l-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni mill-ġdid

Interpretazzjoni tar-riżultati ta' l-ittestjar

Il-limiti mogħtija jirreferu għal kull unità kampjun ittestjata.

Ir-riżultati ta' l-ittestjar juru l-kwalità mikro-bijoloġika tal-proċess ittestjat.

Enterobacteriaceae fi prodotti tal-bajd:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jkunu ≤ m,

aċċettabbli, jekk massimu ta' c/n valuri jkunu bejn m u M, u l-bqija tal-valuri osservati jkunu ≤ m,

mhux sodisfaċenti, jekk wieħed jew iktar mill-valuri osservati jkun > M, jew iktar minn c/n valuri jkunu bejn m u M.

2.4    Prodotti tas-sajd

Kategorija ta' l-ikel

Mikro-organiżmi

Pjan tat-teħid tal-kampjuni (42)

Limiti

Metodu analitiku ta' referenza (43)

Stadju fejn japplika l-kriterju

Azzjoni fil-każ ta' riżultati mhux sodisfaċenti

n

c

m

M

2.4.1

Prodotti bil-qoxra u mingħajr qoxra ta' krustaċji u molluski msajra

E. coli

5

2

1/g

10/g

ISO TS 16649-3

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni

Stafilkokki koagulażi pożittivi

5

2

100 cfu/g

1 000 cfu/g

EN/ISO 6888-1 jew 2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni

Interpretazzjoni tar-riżultati ta' l-ittestjar

Il-limiti mogħtija jirreferu għal kull unità kampjun ittestjata.

Ir-riżultati ta' l-ittestjar juru l-kwalità mikro-bijoloġika tal-proċess ittestjat.

E. coli fi prodotti bil-qoxra u mingħajr qoxra ta' krustaċji u molluski msajra:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jkunu ≤ m,

aċċettabbli, jekk massimu ta' c/n valuri jkunu bejn m u M, u l-bqija tal-valuri osservati jkunu ≤ m,

mhux sodisfaċenti, jekk wieħed jew iktar mill-valuri osservati jkun > M, jew iktar minn c/n valuri jkunu bejn m u M.

Stafilokokki koagulażi pożittivi fi prodotti mingħajr qoxra ta' krustaċji u molluski msajra:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jkunu ≤ m,

aċċettabbli, jekk massimu ta' c/n valuri jkunu bejn m u M, u l-bqija tal-valuri osservati jkunu ≤ m,

mhux sodisfaċenti, jekk wieħed jew iktar mill-valuri osservati jkun > M, jew iktar minn c/n valuri jkunu bejn m u M.

2.5    Ħxejjex, frott u prodotti tagħhom

Kategorija ta' l-ikel

Mikro-organiżmi

Pjan tat-teħid tal-kampjuni (44)

Limiti

Metodu analitiku ta' referenza (45)

Stadju fejn japplika l-kriterju

Azzjoni fil-każ ta' riżultati mhux sodisfaċenti

n

c

m

M

2.5.1

Frott u ħxejjex imqattgħin minn qabel (lesti biex jittieklu)

E. coli

5

2

100 cfu/g

1 000 cfu/g

ISO 16649-1 jew 2

Proċess ta' manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni u l-għażla tal-materji primi

2.5.2

Il-meraq tal-frott u l-ħxejjex mhux ippastorizzati (lesti biex jittieklu)

E. coli

5

2

100 cfu/g

1 000 cfu/g

ISO 16649-1 jew 2

Proċess ta' manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni u l-għażla tal-materji primi

Interpretazzjoni tar-riżultati ta' l-ittestjar

Il-limiti mogħtija jirreferu għal kull unità kampjun ittestjata.

Ir-riżultati ta' l-ittestjar juru l-kwalità mikro-bijoloġika tal-proċess ittestjat.

E. coli fi frott u ħxejjex ta' l-ikel imqattgħin minn qabel (lesti biex jittieklu) u f'meraq tal-frott u l-ħxejjex mhux ippastorizzati: (lesti biex jittieklu)

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jkunu ≤ m,

aċċettabbli, jekk massimu ta' c/n valuri jkunu bejn m u M, u l-bqija tal-valuri osservati jkunu ≤ m,

mhux sodisfaċenti, jekk wieħed jew iktar mill-valuri osservati jkun > M, jew iktar minn c/n valuri jkunu bejn m u M.

Kapitolu 3   Regoli għat-teħid tal-kampjuni u t-tħejjija tal-kampjuni għall-ittestjar

3.1    Regoli għat-teħid tal-kampjuni u t-tħejjija tal-kampjuni għall-ittestjar

Fin-nuqqas ta' regoli iktar speċifiċi dwar it-teħid ta' kampjuni u t-tħejjija tal-kampjuni għall-ittestjar, l-istandards rilevanti ta' l-ISO (l-Organizzazzjoni Internazzjoni għall-Istandardizzazzjoni) u l-linji ta' gwida tal-Codex Alimentarius għandhom jintużaw bħal metodi ta' referenza.

3.2    Teħid ta' kampjuni batterjoloġiċi fil-biċċeriji u fi stabbilimenti li jipproduċu l-laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam

Regoli għat-teħid ta' kampjuni għall-karkassi tal-bovini, il-ħnieżer, in-ngħaġ, il-mogħoż, u ż-żwiemel

Il-metodi distruttivi u non-distruttivi ta' teħid ta' kampjuni, l-għażla tas-siti għat-teħid ta' kampjuni u r-regoli għall-ħażna u t-trasport tal-kampjuni huma deskritti fl-istandard ISO 17604.

Għandhom jittieħdu kampjuni aleatorji minn ħames karkassi f'kull sessjoni ta' teħid ta' kampjuni. Is-siti tal-kampjuni għandhom jintgħażlu billi titqies it-teknoloġija tal-qtil użata f'kull impjant.

Waqt teħid ta' kampjuni għall-analiżi ta' l-għadd totali ta' l-Enterobacteriaceae u mikro-organiżmi aerobiċi, għandhom jittieħdu kampjuni minn erba' siti minn kull karkassa. Erba' kampjuni ta' tessuti li jirrappreżentaw total ta' 20 ċm2 għandhom jinkisbu bil-metodu distruttiv. Meta jintuża l-metodu mhux distruttiv għal dan l-għan, l-erja minn fejn jittieħed il-kampjun għandha tkopri minimu ta' 100 ċm2 (50 ċm2 għal karkassi ta' bhejjem li jixtarru żgħar) għal kull sit minn fejn jittieħdu l-kampjuni.

Waqt teħid ta' kampjuni għal analiżi tas-Salmonella, għandu jintuża metodu ta' teħid ta' kampjuni bi sponża barraxa. Għandhom jintgħażlu l-erjas li l-aktar għandhom ċans li jiġu kkontaminati. L-erja totali għat-teħid tal-kampjun għandha tkopri minimu ta' 400 cm2.

Meta l-kampjuni jittieħdu mis-siti differenti ta' teħid ta' kampjuni fuq il-karkassa, għandhom jingħaqdu f'kampjun kompost qabel l-eżaminazzjoni.

Regoli għat-teħid ta' kampjuni minn karkassi tat-tjur ta' l-irziezet

Għall-analiżi tas-Salmonella, għandu jittieħdu kampjuni minn minimu ta' 15-il karkassa b'mod aleatorju waqt kull sessjoni ta' teħid ta' kampjuni u wara t-tkessiħ. Għandha tinkiseb biċċa mill-ġilda ta' l-għonq ta' approssimament 10 g minn kull karkassa. F'kull okkażjoni, il-kampjuni ta' ġilda ta' l-għonq mit-tliet karkassi għandhom jingħaqdu f'kampjun kompost qabel l-eżaminazzjoni sabiex jiġu ffurmati 5 x 25 g kampjuni finali.

Linji ta' gwida għat-teħid ta' kampjuni

Linji ta' gwida iktar dettaljati dwar it-teħid ta' kampjuni mill-karkassi, partikolarment dwar is-siti għat-teħid ta' kampjuni, jistgħu jiġu inklużi fil-gwidi għal prattiċi tajba msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Frekwenzi għat-teħid ta' kampjuni għal karkassi, il-laħam ikkapuljat, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-laħam isseparat bil-magni

L-operaturi fis-settur ta' l-ikel ta' biċċeriji jew stabbilimenti li jipproduċu l-laħam ikkapuljat, t-tlestija tal-laħam jew il-laħam isseparat bil-magni għandhom jieħdu kampjuni għall-analiżi mikro-bijoloġika għall-inqas darba fil-ġimgħa. Il-jum tat-teħid tal-kampjuni għandu jinbidel kull ġimgħa sabiex ikun assigurat li jkun kopert kull jum tal-ġimgħa.

Fir-rigward tat-teħid tal-kampjuni tal-laħam ikkapuljat u l-preparazzjonijiet tal-laħam għall-E. coli u analiżi ta' Enterobacteriaceae u l-għadd totali ta' mikro-organiżmi aerobiċi, il-frekwenza tista' titnaqqas għal ittestjar kull ħmistax jekk jinkisbu riżultati sodisfaċenti għal sitt ġimgħat konsekuttivi.

Fil-każ tat-teħid ta' kampjuni għall-analiżi tas-Salmonella tal-laħam ikkapuljat, il-preparazzjonijiet tal-laħam u karkassi, il-frekwenza tista' titnaqqas għal kull ħmistax jekk jinkisbu riżultati sodisfaċenti għal 30 ġimgħa konsekuttiva. Il-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni għas-salmonella tista' titnaqqas ukoll jekk hemm programm nazzjonali jew reġjonali fis-seħħ għall-kontroll tas-salmonella u jekk dan il-programm jinkludi ttestjar li jieħu post it-teħid ta' kampjuni deskritt f'dan il-paragrafu. Il-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni tista' titnaqqas iżjed jekk il-programm nazzjonali jew reġjonali għall-kontroll tas-salmonella juri li l-prevalenza tas-salmonella hija baxxa f'annimali mixtrija mill-biċċerija.

Madankollu, meta jkun iġġustifikat fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju u konsegwentement awtorizzat mill-awtorità kompetenti, biċċeriji u stabbilimenti żgħar li jipproduċu l-laħam ikkapuljat u l-preparazzjonijiet tal-laħam fi kwantitajiet żgħar jistgħu jiġu eżentati minn dawn il-frekwenzi ta' teħid ta' kampjuni.”


(1)  n = in-numru ta' unitajiet li jagħmlu kampjun; c = in-numru ta' unitajiet kampjun li jagħtu valuri bejn m u M.

(2)  Għall-punti 1.1-1.25 m=M

(3)  Għandha tiġi użata l-iktar edizzjoni reċenti ta' l-istandard.

(4)  Ittestjar regolari f'konfront mal-kriterju mhuwiex meħtieġ f'ċirkostanzi normali għat-tipi ta' ikel lesti biex jittieklu li ġejjin:

dawk li kellhom trattament bis-sħana jew ipproċessar ieħor effettiv biex jelimina l-L. monocytogenes, fejn ir-rikontaminazzjoni mhijiex possibbli wara dan it-trattament (pereżempju, il-prodotti ttrattati bis-sħana fl-ippakkeġġar finali)

il-ħxejjex u l-frott frisk, mhux maqtugħ u mhux ipproċessat, minbarra ż-żerriegħa mnibbta

il-ħobż, il-gallettini u prodotti simili

l-ilma, il-minerali, il-birra, iċ-ċidru, l-inbid, l-ispirti fil-flixkun jew ippakkjati u prodotti simili

iz-zokkor, l-għasel u l-ħelu, inkluż il-kawkaw u l-prodotti taċ-ċikkulata

il-molluski bivalvi ħajjin.

(5)  Dan il-kriterju japplika jekk il-manifattur ikun kapaċi juri, b'mod li jissodisfa l-awtorità kompetenti, li l-prodott mhux se jeċċedi l-limitu ta' 100 cfu/g matul il-perjodu ta' konservabilità. L-operatur jista' jistabbilixxi limiti intermedjarji matul il-proċess li għandhom ikunu baxxi biżżejjed sabiex jiggarantixxu li l-limitu ta' 100 cfu/g ma jinqabiżx fi tmiem il-perjodu ta' konservabilità.

(6)  1 ml ta' inokulu jitqiegħed fuq dixx Petri b'dijametru ta' 140 mm jew fuq tliet dixxijiet Petri b'dijametru ta' 90 mm.

(7)  Dan il-kriterju għandu japplika għal prodotti qabel ma jħallu l-kontroll immedjat ta' l-operatur fis-settur ta' l-ikel li qed jipproduċi, meta ma jkunx kapaċi juri, b'mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti, li l-prodott mhux se jeċċedi l-limitu ta' 100 cfu/g matul il-perjodu ta' konservabilità.

(8)  Il-prodotti b'pH ≤ 4.4 jew aw ≤ 0.92, il-prodotti b'pH ≤ 5.0 u aw ≤ 0.94, il-prodotti b'perjodu ta' konservabilità ta' inqas minn 5 ijiem se jitqiesu awtomatikament li jaqgħu f'din il-kategorija. Kategoriji oħra ta' prodotti jistgħu jaqgħu f'din il-kategorija, suġġetti għal ġustifikazzjoni xjentifika.

(9)  Dan il-kriterju għandu japplika għal-laħam separat bil-magni (MSM) prodott bit-tekniki msemmija fil-paragrafu 3 tal-Kapitolu III tas-Sezzjoni V ta' l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(10)  Minbarra prodotti fejn il-manifattur jista' juri, b'mod li jissodisfa l-awtorità kompetenti, li minħabba ż-żmien għall-maturazzjoni u l-aw tal-prodott fejn xieraq, m'hemm ebda riskju ta' salmonella.

(11)  Il-ġelati li fihom ingredjenti tal-ħalib biss.

(12)  Ittestjar preliminari tal-grupp ta' żerriegħa qabel il-bidu tal-proċess ta' l-inbid jew l-ittestjar għandu jsir fl-istadju meta tkun mistennija l-ogħla probabbiltà li tinstab is-Salmonella.

(13)  Referenza: Il-laboratorju Komunitarju ta' referenza għal stafilokokki koagulażi pożittivi. Il-metodu Ewropew ta' skrining għas-sejba ta' l-enterotossini stafilokokki fil-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

(14)  Għandu jitwettaq ittestjar parallel għall-Enterobacteriaceae u E. sakazakii, sakemm ma ġietx stabbilita korrelazzjoni bejn dawn il-mikro-organiżmi f'livell ta' impjant individwali Jekk jinstabu l-Enterobacteriaceae f'wieħed mill-kampjuni tal-prodotti ttestjati f'impjant ta' din ix-xorta, il-grupp għandu jiġi ttestjat għall-E. sakazakii. Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-manifattur li juri għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti jekk teżistix korrelazzjoni ta' din ix-xorta bejn l-Enterobacteriaceae u l-E. sakazakii.

(15)  L-E. coli hawnhekk jintuża bħala indikatur tal-kontaminazzjoni tal-ħmieġ ta' l-imsaren.

(16)  Kampjun kompost li jinkludi minimu ta' 10 annimali individwali.

(17)  B'mod partikulari l-ispeċijiet tal-ħut tal-familji: Scombridae, Clupeidae, Engraulidae, Coryfenidae, Pomatomidae, Scombresosidae.

(18)  Kampjuni individwali jistgħu jittieħdu fil-livell tal-bejgħ. F'każ bħal dan is-suppożizzjoni stipulata fl-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, skond liema l-grupp kollu għandu jitqies mhux sikur, ma għandhiex tapplika.

(19)  Referenzi1. Malle P., Valle M., Bouquelet S. Assay of biogenic amines involved in fish decomposition. J. AOAC Internat. 1996, 79, 43-49. 2. Duflos G., Dervin C., Malle P., Bouquelet S. Relevance of matrix effect in determination of biogenic amines in plaice (Pleuronectes platessa) and whiting (Merlangus merlangus). J. AOAC Internat. 1999, 82, 1097-1101.

(20)  Ir-riżultati ta' l-ittestjar jistgħu jintużaw ukoll għat-turija ta' l-effettività ta' l-analiżi tal-periklu u tal-prinċipji ta' punti ta' kontroll kritiċi jew tal-proċedura ta' iġjene tajba tal-proċess.

(21)  n = in-numru ta' unitajiet li jagħmlu kampjun; c = in-numru ta' unitajiet kampjun li jagħtu valuri bejn m u M.

(22)  Għall-punti 2.1.3 – 2.1.5 m = M

(23)  Għandha tiġi użata l-iktar edizzjoni reċenti ta' l-istandard.

(24)  Il-limiti (m u M) għandhom japplikaw biss għal kampjuni meħuda bil-metodu distruttiv. Il-log medju ta' kuljum għandu jiġi kkalkulat billi l-ewwel jittieħed valur log għal kull riżultat individwali tat-test u mbagħad tiġi kkalkulata l-medja ta' dawn il-valuri log.

(25)  Il-50 kampjun għandhom jittieħdu minn 10 sessjonijiet konsekuttivi ta' teħid ta' kampjuni skond ir-regoli tat-teħid tal-kampjun u l-frekwenzi stipulati f'dan ir-Regolament.

(26)  In-numru ta' kampjuni fejn tiġi individwata l-preżenza tas-salmonella. Il-valur c huwa suġġett għal reviżjoni sabiex jitqies il-progress li sar fit-tnaqqis tal-prevalenza tas-salmonella. Stati Membri jew reġjuni li għandhom prevalenza baxxa tas-salmonella jistgħu jużaw valuri c iktar baxxi anki qabel ir-reviżjoni.

(27)  Dan il-kriterju ma għandux japplika għal laħam ikkapuljat fil-livell tal-bejgħ meta l-perjodu ta' konservabilità tal-prodott tkun inqas minn 24 siegħa.

(28)  L-E. coli hawnhekk jintuża bħala indikatur tal-kontaminazzjoni tal-ħmieġ ta' l-imsaren.

(29)  Dawn il-kriterji għandhom japplikaw għal-laħam separat bil-magni (MSM) prodott bit-tekniki msemmija fil-paragrafu 3 tal-Kapitolu III tas-Sezzjoni V ta' l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(30)  n = in-numru ta' unitajiet li jagħmlu kampjun; c = in-numru ta' unitajiet kampjun li jagħtu valuri bejn m u M.

(31)  Għall-punti 2.2.7, 2.2.9 u 2.2.10 m = M

(32)  Għandha tiġi użata l-iktar edizzjoni reċenti ta' l-istandard.

(33)  Il-kriterju ma għandux japplika għal prodotti intenzjonati għal aktar ipproċessar fl-industrija ta' l-ikel.

(34)  L-E. coli hawnhekk jintuża bħala indikatur tal-livel ta' iġjene.

(35)  Għal ġobnijiet mhux favorevoli għall-iżvilupp ta' l-E. coli, l-għadd totali ta' l-E. coli normalment huwa l-ogħla fil-bidu tal-perjodu ta' maturazzjoni, u għal ġobnijiet favorevoli għall-iżvilupp ta' l-E. coli, l-għadd totali normalment huwa l-ogħla fi tmiem il-perjodu ta' maturazzjoni.

(36)  Minbarra ġobnijiet fejn il-manifattur jista' juri, b'mod li jissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti, li l-prodott ma jikkostitwixxix riskju ta' enterotossini stafilokokki.

(37)  Il-ġelati li fihom ingredjenti tal-ħalib biss.

(38)  Għandu jitwettaq ittestjar parallel għall-Enterobacteriaceae u E. sakazakii, sakemm ma ġietx stabbilita korrelazzjoni bejn dawn il-mikro-organiżmi f'livell ta' impjant individwali. Jekk jinstabu l-Enterobacteriaceae f'wieħed mill-kampjuni tal-prodotti ttestjati f'impjant ta' din ix-xorta, il-grupp għandu jiġi ttestjat għall-E. sakazakii. Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-manifattur li juri għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti jekk teżistix korrelazzjoni ta' din ix-xorta bejn l-Enterobacteriaceae u l-E. sakazakii.

(39)  1 ml ta' inokulu jitqiegħed fuq dixx Petri b'dijametru ta' 140 mm jew fuq tliet dixxijiet Petri b'dijametru ta' 90 mm.

(40)  n = in-numru ta' unitajiet li jagħmlu kampjun; c = in-numru ta' unitajiet kampjun li jagħtu valuri bejn m u M.

(41)  Għandha tiġi użata l-iktar edizzjoni reċenti ta' l-istandard.

(42)  n = in-numru ta' unitajiet li jagħmlu kampjun; c = in-numru ta' unitajiet kampjun li jagħtu valuri bejn m u M.

(43)  Għandha tiġi użata l-iktar edizzjoni reċenti ta' l-istandard.

(44)  n = in-numru ta' unitajiet li jagħmlu kampjun; c = in-numru ta' unitajiet kampjun li jagħtu valuri bejn m u M.

(45)  Għandha tiġi użata l-iktar edizzjoni reċenti ta' l-istandard.


Top