This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0053
2006/53/EC: Council Decision of 23 January 2006 amending Decision 90/424/EEC on expenditure in the veterinary field
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 23 ta' Jannar 2006 li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 23 ta' Jannar 2006 li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju
ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37–38
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 100–101
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 17/06/2009; Imħassar b' 32009D0470 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31990D0424 | Emenda | artikolu 7.1 | 06/02/2006 | |
Modifies | 31990D0424 | Żieda | artikolu 3BIS | 06/02/2006 | |
Modifies | 31990D0424 | Tlestija | anness 1 | 06/02/2006 | |
Modifies | 31990D0424 | Emenda | artikolu 8.1 | 06/02/2006 | |
Modifies | 31990D0424 | Sostituzzjoni | artikolu 3.4 | 06/02/2006 | |
Modifies | 31990D0424 | Emenda | artikolu 3.1 | 06/02/2006 | |
Modifies | 31990D0424 | Emenda | artikolu 3.2 | 06/02/2006 | |
Modifies | 31990D0424 | Emenda | artikolu 6.1 | 06/02/2006 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32009D0470 |
29.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
100 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-23 ta' Jannar 2006
li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju
(2006/53/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Billi:
(1) |
L-influwenza tat-tjur, li qabel kienet tissejjaħ “il-pesta tat-tjur”, hija infezzjoni severa ħafna fl-għasafar li tikkawża riskju serju ħafna għas-saħħa ta’ l-annimali. Il-virus ta’ l-influwenza ta' oriġini tat-tjur jista' jkun li f'ċerti kondizzjonijiet iponi riskju għas-saħħa tal-bniedem ukoll. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (3) tipprevedi għall-possibbiltà ta' kontribut finanzjarju mill-Komunità lill-Istati Membri għall-qerda ta’ ċertu mard ta’ l-annimali. Bħalissa. Din id-Deċiżjoni tipprevedi l-possibbiltà li jingħata kontribut bħal dan għall-qerda ta’ l-influwenza tat-tjur kkawżata minn dawk il-varjanti tal-virus imsejħa “ta’ livell patoġeniku għoli”. |
(3) |
Waqt epidemiji reċenti ta' l-infuwenza tat-tjur, it-tfaqqigħ tal-marda kkawżati minn viruses ta’ l-infuwenza tat-tjur ta' livell patoġeniċi baxx sussegwentement għaddew minn mutazzjoni u mbiddlu f’viruses ta' livell patoġeniku għoli b'konsegwenzi u riskji devastanti għas-saħħa pubblika. Ladarba sseħħ il-mutazzjoni, il-kontroll tal-virus huwa diffiċli ħafna. Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/94/KE tal-ĠU: daħħal in-numru u d-data tad-Direttiva.. dwar il-miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur (4) tistabbilixxi sorveljanza u miżuri ta’ kontroll obbligatorji f’rabta wkoll mal-viruses ta' livell patoġeniku baxx, sabiex ikun hemm prevenzjoni mit-tfaqqigħ ta’ l-influwenza tat-tjur ta' livell patoġeniku għoli. |
(4) |
Fid-dawl ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2006/94/KE* jixraq li tiġi mmodifikata d-Deċiżjoni 90/424/KEE sabiex l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità tkun tista’ wkoll tingħata għal dawk il-miżuri ta’ qerda mwettqa mill-Istati Membri biex jikkumbattu l-varjanti tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur ta' livell patoġeniku baxx li jistgħu jgħaddu minn mutazzjoni għal varjanti ta' livell patoġeniku għoli, |
ADOTTA DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 90/424/KEE hija hawn emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
2. |
L-Artikolu 3a li jidher hawn taħt għandu jiġi miżjud: “Artikolu 3a 1. Dan l-Artikolu u l-Artikolu 3(3) u (4) għandhom japplikaw fil-każ ta’ okkorrenza ta’ influwenza tat-tjur fit-territorju ta’ Stat Membru. 2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jikseb kontribut finanzjarju mill-Komunità għall-qerda ta’ l-influwenza tat-tjur jekk il-miżuri minimi ta’ kontroll previsti fid-Direttiva 2006/94/KE (*) dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta' l-influenza tat-tjur ikunu ġew implimentati b'mod sħiħ u effiċjenti f'konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti u jekk, fil-każ tal-qtil ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli li huma affettwati jew ikkontaminati jew hemm suspett li huma affettwati jew ikkontaminati, is-sidien ta' l-annimali jkunu ġew ikkumpensati malajr u b’mod xieraq. 3. Il-kontribut finanzjarju mill-Komunità, maqsum jekk meħtieġ f’diversi tranches, għandu jkun:
|
(3) |
Fl-Artikoli 6(1), 7(1) u 8(1), ir-referenza “3a(1)” għandha tiġi mdaħħla wara r-referenza “3 (1)”. |
(4) |
Fl-Anness jiżdied l-inċiż li ġej ma' Grupp 1:
. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta' Jannar 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PRÖLL
(1) Opinjoni mogħtija fl-1 ta' Diċembru 2005 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni mogħtija fit-28 ta' Settembru 2005 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/99/KE (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31).
(4) ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.