This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0851
Council Regulation (EC) No 851/2005 of 2 June 2005 amending Regulation (EC) No 539/2001 listing the third countries whose nationals must be in possession of visas when crossing the external borders and those whose nationals are exempt from that requirement as regards the reciprocity mechanism
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 851/2005 tat- 2 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dan ir-rekwiżit fir-rigward tal-mekkaniżmu ta’ reċiproċità
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 851/2005 tat- 2 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dan ir-rekwiżit fir-rigward tal-mekkaniżmu ta’ reċiproċità
ĠU L 141, 4.6.2005, p. 3–5
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 99–101
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 17/12/2018; Imħassar b' 32018R1806
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32001R0539 | Sostituzzjoni | artikolu 1.4 | 25/06/2005 | |
Modifies | 32001R0539 | Żieda | artikolu 4.5 | 25/06/2005 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32018R1806 | 18/12/2018 |
16.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
99 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 851/2005
tat-2 ta' Ġunju 2005
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dan ir-rekwiżit fir-rigward tal-mekkaniżmu ta’ reċiproċità
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(2)(b)(i) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (2) irriżulta li mhux adattat biex jittratta sitwazzjonijiet ta’ non-reċiproċità li fihom pajjiż terz elenkat fil-lista fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament, jiġifieri pajjiż terz li ċ-ċittadini tiegħu huma eżenti mill-ħtieġa ta’ viża, iżomm jew jintroduċi ħtieġa ta’ viża għal ċittadini minn Stat Membru wieħed jew aktar. Is-solidarjetà ma’ l-Istati Membri li jesperjenzaw sitwazzjonijiet ta’ non-reċiproċità teħtieġ li l-mekkaniżmu eżistenti jiġi adattat sabiex isir effettiv. |
(2) |
Minħabba l-gravità ta’ tali sitwazzjonijiet ta’ non-reċiproċità, huwa essenzjali li dawn jiġu notifikati mingħajr eċċezzjoni mill-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i). Sabiex jiġi żgurat li l-pajjiż terz in kwistjoni jerġa’ japplika vjaġġar mingħajr viżi għaċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri kkonċernati, għandu jiġi pprovdut mekkaniżmu li jgħaqqad miżuri f’livelli u intensitajiet varjabbli li jistgħu jitwettqu bil-ħeffa. Għaldaqstant il-Kummissjoni għandha tieħu passi mal-pajjiż terz mingħajr dewmien, tirrapporta lill-Kunsill u tkun tista’ fi kwalunkwe mument tipproponi li l-Kunsill jadotta deċiżjoni proviżorja li terġa’ ddaħħal il-ħtieġa ta’ viża għaċ-ċittadini tal-pajjiż terz in kwistjoni. L-użu ta’ tali deċiżjoni provviżorja m’għandhiex tagħmilha impossibbli li l-pajjiż terz in kwistjoni jiġi trasferit għall-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 539/2001. Għandha wkoll tiġi pprovduta rabta temporali bejn id-dħul fis-seħħ tal-miżura provviżorja u kwalunkwe proposta biex il-pajjiż jiġi trasferit għall-Anness I. |
(3) |
Deċiżjoni minn pajjiż terz li jintroduċi jew jintroduċi mill-ġdid vjaġġar mingħajr viża għal ċittadini ta’ Stat Membru wieħed jew aktar għandha awtomatikament ittemm id-dħul provviżorju mill-ġdid ta’ ħtieġa ta’ viża deċiża mill-Kunsill. |
(4) |
Il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà emendat jimmira li jilħaq reċiproċità sħiħa fir-rigward ta’ l-Istati Membri kollha u li joħloq mekkaniżmu effettiv u affidabbli sabiex din tiġi żgurata. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 għandu jiġi emendat f'dan is-sens. |
(6) |
Għandhom jiġu pprovduti arranġamenti transizzjonali fejn, meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, l-Istati Membri jkunu soġġetti għal ħtieġa ta’ viża minn pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 539/2001. |
(7) |
Fir-rigward ta’ l-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (3), li jaqa’ fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(B) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (4). |
(8) |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex marbuta bir-Regolament (KE) Nru 539/2001. Għalhekk huma mhumiex jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhumiex marbuta bih jew soġġetti għall-applikazzjoni tiegħu. |
(9) |
Fir-rigward ta’ l-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(B) tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien ma’ l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/849/KE (6) u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE (7), |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 539/2001, huwa emendat kif ġej:
1. |
Il-paragrafu (4) għandu jinbidel b'dan li ġej: “4. Fejn pajjiż terz elenkat fl-Anness II jintroduċi ħtieġa ta’ viża għaċ-ċittadini ta’ Stat Membru, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
|
2. |
Għandu jiżdied il-paragradu li ġej: “5. Sakemm ir-reċiproċità ta’ l-eżenzjoni ta’ viża tibqa’ ma teżistix ma’ kwalunkwe pajjiż terz elenkat fl-Anness II fir-rigward ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel l-1 ta’ Lulju ta’ kull sena pari dwar is-sitwazzjoni ta’ non-reċiproċità u għandha, jekk ikun meħtieġ, tissottometti proposti adattati.” |
Artikolu 2
L-Istati Membri li ċ-ċittadini tagħhom fi 24 ta' Ġunju 2005 huma soġġetti għal ħtieġa ta’ viża minn pajjiż terz elenkat fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 għandhom jinnotifikaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-miktub sa 24 ta' Lulju 2005. In-notifika għandha tiġi ppubblikata fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1(4)(b) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 għandhom japplikaw.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Brussel, 2 ta' Ġunju 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
L. FRIEDEN
(1) Opinjoni mogħtija fit-28.5.2005.
(3) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(4) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(5) Dok. tal-Kunsill 13054/04 aċċessibbli fuq http://register.consilium.eu.int
(6) ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26.
(7) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.