This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0691
2004/691/EC: Commission Decision of 7 October 2004 amending Decision 2002/840/EC adopting the list of approved facilities in third countries for the irradiation of foods (notified under document number C(2004) 3679)Text with EEA relevance
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta' Ottubru 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2002/840/KE li tadotta l-lista ta' faċilitajiet approvati f'pajjiżi terzi għall-irradjazzjoni ta' l-ikel (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3679) Test b'relevanza għaż-ŻEE.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta' Ottubru 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2002/840/KE li tadotta l-lista ta' faċilitajiet approvati f'pajjiżi terzi għall-irradjazzjoni ta' l-ikel (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3679) Test b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 267M, 12.10.2005, p. 192–193
(MT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 314, 13.10.2004, p. 14–15
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32002D0840 | Sostituzzjoni | anness | 07/10/2004 |
12.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
192 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta' Ottubru 2004
li temenda d-Deċiżjoni 2002/840/KE li tadotta l-lista ta' faċilitajiet approvati f'pajjiżi terzi għall-irradjazzjoni ta' l-ikel
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3679)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2004/691/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 fuq l-avviċinar tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-ikel u l-ingredjenti ta' l-ikel li jkunu ttrattati bir-radjazzjoni li tijonizza (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Skond id-Direttiva 1999/2/KE prodott ta' l-ikel li jkun ittrattat b'radjazzjoni li tijonizza ma jistax ikun impurtat minn pajjiż terz jekk dan ma jkunx ġie ttrattat f'faċilità ta' irradjazzjoni li tkun ġiet approvata mill-Komunità. |
(2) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE kienet twaqqfet lista tal-bidu ta' faċilitajiet approvati (2). |
(3) |
Il-Kummissjoni rċeviet mingħand l-awtoritajiet kompetenti applikazzjoni waħda dwar faċilità ta' irradjazzjoni fit-Turkija u oħra fl-Iżvizzera. L-esperti tal-Kummissjoni għamlu spezzjonijiet fuq dawn il-faċilitajiet ta' irradjazzjoni biex jaraw jekk dawn humiex tabilħaqq konformi mal-kriterji tad-Direttiva 1999/2/KE, u l-aktar jekk is-superviżjoni uffiċjali tkunx tiggarantixxi li dawn ikunu konformi mal-kriterji ta' l-Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ pajjiżi taw tweġibiet sodisfaċenti għar-rakkomandazzjonijiet kollha li hemm fir-rapport aħħari. |
(4) |
Wara s-sħubija ta' l-Ungerija fil-Komunità fl-1 ta' Mejju 2004, mhux se jkun aktar meħtieġ li titniżżel il-faċilità ta' irradjazzjoni ta' dak l-Istat Membru fl-Anness għad-Deċiżjoni 2002/840/KE. Din il-faċilità issa se tiżdied fil-lista ta' faċilitajiet ta' irradjazzjoni approvati li hemm fl-Istati Membri, imsemmija fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 1999/2/KE. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2002/840/KE għandha, għalhekk, tiġi emendata kif xieraq. |
(6) |
Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2002/840/KE huwa mibdul bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, fis-7 ta' Ottubru 2004.
Għall-Kummissjoni
David BYRNE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 66, tat-13.3.1999, p. 16.
(2) ĠU L 287, tal-25.10.2002, p. 40.
ANNESS
Lista ta' faċilitajiet ta' irradjazzjoni f'pajjiżi terzi li huma approvati mill-Komunità
Nru ta' Referenza: EU-AIF 01-2002
|
|||||||||
Nru ta' Referenza: EU-AIF 02-2002
|
|||||||||
Nru ta' Referenza: EU-AIF 03-2002
|
|||||||||
Nru ta' Referenza: EU-AIF 05-2004
|
|||||||||
Nru ta' Referenza: EU-AIF 06-2004
|