Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0649

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 24 ta' Mejju 2004 li taħtar żewġ membri tar-Renju Unit u ħames membri supplenti tar-Renju Unit tal-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 298, 23.9.2004, p. 20–21 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 268–269 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/649/oj

30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

268


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-24 ta' Mejju 2004

li taħtar żewġ membri tar-Renju Unit u ħames membri supplenti tar-Renju Unit tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2004/649/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern tar-Renju Unit,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Jannar 2002 il-Kunsill adotta Deċiżjoni li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni (1).

(2)

Il-post ta' membru tal-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara l-iskadenza tal-mandat tas-Sinjura Christine MAY, li dwaru l-Kunsill kien notifikat fl-24 ta' Lulju 2003, il-postijiet ta' tliet membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti wara l-iskadenza tal-mandati tas-Sinjura Diane BUNYAN, tas-Sinjur Hugh HALCRO-JOHNSTON u tas-Sinjura Irene McGUGAN, li dwaru l-Kunsill kien notifikat fl-24 ta' Lulju 2003; post ta' membru sar vakanti wara r-riżenja tas-Sinjura Irene OLDFATHER, li dwaru l-Kunsill kien notifikat fil-5 ta' Mejju 2004 u żewġ postijiet ta' membri supplenti saru vakanti wara n-nomina tas-Sinjur Jack McCONNELL u tas-Sinjur Corrie McCHORD bħala membri sħaħ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

a)

1.

Is-Sinjur Jack McCONNELL

First Minister, Scottish Parliament

huwa b'dan maħtur membru tal-Kumitat tar-Reġjuni minflok is-Sinjura Irene OLDFATHER

2.

Is-Sinjur Corrie McCHORD

Leader Stirling Council

huwa b'dan maħtur membru tal-Kumitat tar-Reġjuni minflok is-Sinjura Christine MAY

b)

1.

Is-Sinjura Helen HOLLAND

Bristol City Council

hija b'dan maħtura membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni minflok is-Sinjura Diane BUNYAN

2.

Is-Sinjura Nicola STURGEON

Scottish Parliament

hija b'dan maħtura membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni minflok is-Sinjura Irene McGUGAN

3.

Is-Sinjur Jim McCabe

North Lanarkshire Council

huwa b'dan maħtur membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni minflok is-Sinjur Corrie McCHORD

4.

Is-Sinjur Andrew CAMPBELL

Leader of Dumfries and Galloway Council

huwa b'dan maħtur membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni minflok is-Sinjur Hugh HALCRO-JOHNSTON

5.

Is-Sinjura Irene OLDFATHER

Scottish Parliament

hija b'dan maħtura membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni minflok is-Sinjur Jack McCONNELL

għall-bqija tal-mandati tagħhom, li jintemmu fil-25 ta' Jannar 2006.

Magħmula fi Brussell, nhar il-24 ta' Mejju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

D. AHERN


(1)  ĠU L 24, tas-26.1.2002, p. 38.


Top