EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001D0753
2001/753/EC: Commission Decision of 17 October 2001 concerning a questionnaire for Member States reports on the implementation of Directive 2000/53/EC of the European Parliament and of the Council on end-of-life vehicles (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2001) 3096)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2001 dwar kwestjonarju għal rapport ta' l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (innotifikata skond id-dokument numru K(2001) 3096)Test b'relevanza għaż-ŻEE.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2001 dwar kwestjonarju għal rapport ta' l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (innotifikata skond id-dokument numru K(2001) 3096)Test b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 282, 26.10.2001, p. 77–80
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 282 , 26/10/2001 P. 0077 - 0080
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2001 dwar kwestjonarju għal rapport ta' l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (innotifikata skond id-dokument numru K(2001) 3096) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2001/753/KE) IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m’ għadhomx jintużaw [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha, Billi: (1) Skond id-Direttiva 2000/53/KE l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva. (2) Ir-rapport għandu jkopri fid-dettal kemm l-inklużjoni tad-Direttiva fil-liġi nazzjonali u l-implimentazzjoni tagħha. Dan għandu jsir abbażi tal-kwestjonarju f'din id-Deċiżjoni. (3) Il-miżuri mogħtija f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE [2], ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jagħmlu r-rapporti tagħhom dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE abbażi tal-kwestjonarju fl-Anness. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Ottubru 2001. Għall-Kummissjoni Margot Wallström Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 269, tal-21.10.2000, p. 34. [2] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48. -------------------------------------------------- ANNESS KWESTJONARJU għar-rapport ta' l-Istati Membri dwar it-transpożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE dwar vetturi li m’ għadhomx jintużaw M'hemmx il-ħtieġa li tiġi rripetuta informazzjoni diġà mogħtija, iżda jekk jogħġbok indika fejn u meta dik l-informazzjoni kienet mogħtija. 1. Inklużjoni fil-Liġi Nazzjonali 1.1. Il-Kummissjoni ġiet mogħtija l-liġijiet nazzjonali u r-regolamenti li jimplimentaw id-Direttiva 2000/53/KE fil-liġi nazzjonali? (Iva/Le) 1.1.1. Jekk ir-risposta għall-mistoqsija 1.1 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.1.2. Jekk ir-risposta għal 1.1 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.2. L-Istat Membru ttrasferixxa xi disposizzjoni elenkata fl-Artikolu 10(3) permezz ta' ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-settur ekonomiku interessat? (Iva/Le) 1.3. Jekk ir-risposta għall-mistoqsija 1.2 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.4. Kien hemm xi produttur u l-vetturi tiegħu li ġw eżentati mill-Artikoli 7(4), 8 u 9, bis-saħħa tal-possibbiltà ta' eżenzjoni permessa skond l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2000/53/KE? (Iva/Le) 1.4.1. Jekk ir-risposta għal 1.4 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.5. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(1)? (Iva/Le) 1.5.1. Jekk ir-risposta għal 1.5 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.5.2. Jekk ir-risposta għal 1.5 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.6. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(2)(a)? (Iva/Le) 1.6.1. Jekk ir-risposta għal 1.6 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.6.2. Jekk ir-risposta għal 1.6 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.7. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(1)? (Iva/Le) 1.7.1. Jekk ir-risposta għal 1.7 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.7.2. Jekk ir-risposta għal 1.7 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.8. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(2)? (Iva/Le) 1.8.1. Jekk ir-risposta għal 1.8 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.8.2. Jekk ir-risposta għal 1.8 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.9. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(3)? (Iva/Le) 1.9.1. Jekk ir-risposta għal 1.9 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.9.2. Jekk ir-risposta għal 1.9 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.9.3. L-Istat Membru għamel użu mill-klawżola fl-Artikolu 5(3) li tippermetti lill-produtturi, dealers u kolletturi, għan-nom ta' xi faċilità ta' trattament awtorizzata, li joħorġu ċertifikati ta' distruzzjoni skond il-kundizzjonijiet speċifikati fihom? (Iva/Le) 1.9.3.1. Jekk ir-risposta għall-mistoqsija 1.9.3 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.9.4. L-Istat Membru għamel użu mill-aħħar paragrafu ta' l-Artikolu 5(3)? (Iva/Le) 1.9.5. Jekk ir-risposta għall-mistoqsija 1.9.4 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.9.6. Jekk ir-risposta għal 1.9.4 hi "Iva", il-Kummissjoni ġiet mgħarrfa b'dan? (Iva/Le) 1.9.7. Jekk ir-risposta għal 1.9.6 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.10. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(4)? (Iva/Le) 1.10.1. Jekk ir-risposta għal 1.10 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji, inkluża informazzjoni dettaljata li tikkorrispondi għall-paragrafi 2 u 3 ta' l-Artikolu 5(4). 1.10.2. Jekk ir-risposta għal 1.10 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.11. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(5)? (Iva/Le) 1.11.1. Jekk ir-risposta għal 1.11 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.11.2. Jekk ir-risposta għal 1.11 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.12. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(1)? (Iva/Le) 1.12.1. Jekk ir-risposta għal 1.12 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.12.2. Jekk ir-risposta għal 1.12 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.13. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(2)? (Iva/Le) 1.13.1. Jekk ir-risposta għal 1.13 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.13.2. Jekk ir-risposta għal 1.13 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.13.3. Jekk ir-risposta għal 1.13 hi "Iva", ġiet applikata xi deroga skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 6(2)? (Iva/Le) 1.13.4. Jekk ir-risposta għal 1.13.3 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.13.5. Jekk ir-risposta għal 1.13.3 hi "Iva", il-Kummissjoni ġiet mgħarrfa b'dan? (Iva/Le) 1.13.6. Jekk ir-risposta għal 1.13.5 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.14. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(3)? (Iva/Le) 1.14.1. Jekk ir-risposta għal 1.14 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.14.2. Jekk ir-risposta għal 1.14 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.15. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(4)? (Iva/Le) 1.15.1. Jekk ir-risposta għal 1.15 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.15.2. Jekk ir-risposta għal 1.15 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.16. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(5)? (Iva/Le) 1.16.1. Jekk ir-risposta għal 1.16 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.16.2. Jekk ir-risposta għal 1.16 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.17. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 7(1)? (Iva/Le) 1.17.1. Jekk ir-risposta għal 1.17 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.17.2. Jekk ir-risposta għal 1.17 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.18. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 7(2)? (Iva/Le) 1.18.1. Jekk ir-risposta għal 1.18 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. B'mod partikolari, agħti d-dettalji dwar l-użu mill-ġdid, ir-riċiklar u r-rati ta' rkupri stabbiliti għas-snin 2006 u 2015. 1.18.2. Jekk ir-risposta għal 1.18 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.18.3. Ġiet użata d-disposizzjoni li tinsab fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 7(2)(a)? Jekk ir-risposta hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.18.4. Jekk ir-risposta għall-mistoqsija 1.18.3 hi "Iva", il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra ġew infurmati skond din id-disposizzjoni? (Iva/Le) Jekk ir-risposta hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. Jekk ir-risposta hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.19. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 8(1)? (Iva/Le) 1.19.1. Jekk ir-risposta għal 1.19 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.19.2. Jekk ir-risposta għal 1.19 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.20. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 8(3)? (Iva/Le) 1.20.1. Jekk ir-risposta għal 1.20 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.20.2. Jekk ir-risposta għal 1.20 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.21. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 8(4)? (Iva/Le) 1.21.1. Jekk ir-risposta għal 1.21 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.21.2. Jekk ir-risposta għal 1.21 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 1.22. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 9(2)? (Iva/Le) 1.22.1. Jekk ir-risposta għal 1.22 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 1.22.2. Jekk ir-risposta għal 1.22 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan. 2. Implimentazzjoni tad-Direttiva L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata kull darba li rapport ta' implimentazzjoni jintbagħat lill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni għandha tingħata safejn tkun disponibbli, billi tkun ikkunsidrata meta jixraq il-ħtieġa li tkun protetta l-kunfidenzjalità kummerċjali u industrijali. Barra minn hekk, hu mifhum li l-fatt li l-informazzjoni għandha tingħata f'miżuri li jorbtu legalment kif jinsabu fid-Direttiva ma jaffettwax in-natura legali ta' dawk il-miżuri. 2.1. Ittieħdu miżuri ġodda skond l-Artikoli 4(1)(a) u(b)? (Iva/Le) 2.1.1. Jekk ir-risposta għal 2.1 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 2.2. Skond l-Artikolu 4(1)(ċ), jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni disponibbli dwar it-tipi u l-kwantitajiet tal-materjali riċiklati fil-vetturi u fil-prodotti l-oħra kif ukoll dwar is-sitwazzjoni tas-suq għall-materjali riċiklati. 2.3. Jekk jogħġbok indika n-numru ta' vetturi miġbura u ttrasferiti lejn faċilitajiet awtorizzati ta' trattament f'kull sena kalendarja tal-perjodu ta' riferenza. 2.4. Jekk jogħġbok indika n-numru ta' faċilitajiet ta' trattament awtorizzati jew irreġistrati skond l-Artikolu 6. 2.5. Jekk jogħġbok indika n-numru ta' vetturi li m’ għadhomx jintużaw mgħoddija lil faċilitajiet ta' trattament awtorizzati u li m'għandħom l-ebda valur jew valur negattiv fis-suq. Jekk jogħġbok agħti d-dettalji dwar il-valur negattiv medju ta' vetturi li m' għadhomx jintużaw. 2.6. Jekk jogħġbok indika n-numru ta' stabbilimenti jew impriżi ta' trattament li introduċew sistemi ta' mmaniġġjar ambjentali attestati. 2.7. Ittieħdu miżuri ġodda skond l-Artikolu 7(1)? (Iva/Le) 2.7.1. Jekk ir-risposta għal 2.7 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. 2.8. Jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni dwar ir-rati ta' użu mill-ġdid, riċiklar jew irkupru milħuqa f'kull sena kalendarja tal-perjodu ta' riferenza, skond l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(2). 2.9. Jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni dwar l-iżmuntar, il-ħażna u t-testjar magħmula disponibbli mill-produtturi u l-manifatturi ta' komponenti bis-saħħa ta' l-Artikoli 8(3) u 8(4). 2.10. Jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni, skond l-Artikolu 9(1) dwar, jekk ikun il-każ, bidliet possibbli fl-istruttura tat-trattament tal-vetturi bil-mutur u tal-kollezzjoni, l-iżmuntar, shredding, l-irkupru u l-industriji ta' riċiklar, Jekk jogħġbok indika b'mod partikolari jekk xi tgħawwiġ ta' kompetizzjoni bejn jew ġewwa l-Istati Membri ġiex identifikat. --------------------------------------------------