Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994L0046

Id-Direttiva tal-Kumissjoni 94/46/KE tat-13 ta' Ottubru 1994 li temenda d-Direttiva 88/301/KEE u d-Direttiva 90/388/KEE b'mod partikolari rigward il-komunikazzjonijiet bis-satellita

ĠU L 268, 19.10.1994, pp. 15–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/07/2008: This act has been changed. Current consolidated version: 11/07/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/46/oj

31994L0046



Official Journal L 268 , 19/10/1994 P. 0015 - 0021
Finnish special edition: Chapter 8 Volume 2 P. 0063
Swedish special edition: Chapter 8 Volume 2 P. 0063


Id-Direttiva tal-Kumissjoni 94/46/KE

tat-13 ta' Ottubru 1994

li temenda d-Direttiva 88/301/KEE u d-Direttiva 90/388/KEE b'mod partikolari rigward il-komunikazzjonijiet bis-satellita

IL-KUMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, b'mod partikolari l-Artikolu 90(3) tiegħu,

Billi:

(1) Il-Green Paper dwar il-metodu komuni fil-qasam tal-komunikazzjonijiet bis-satellita fil-Komunità Ewropea, adottat mill-Kumissjoni f'Novembru 1990, stabilixxa l-bidliet il-kbar fl-ambjent regolatorju li huma meħtieġa biex jiġi sfrruttat il-potenzaI ta' dan il-mezz ta' komunikazzjonijiet. Il-Green Paper tas-Satellita kienet titlob, inter alia, il-liberalizzazzjoni sħiħa tas-servizzi bis-satellita u fil-qasam tat-tagħmir, inkluża l-abolizzjoni tad-drittijiet esklussivi jew speċjali kollha f'dan il-qasam, suġġetti għall-proċeduri ta'l-għoti tal-liċenza, kif ukoll għall-aċċess ħieles (mhux ristrett) għall-kapaċita ta' segment ta'l-ispazju.

(2) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar l-iżvilupp tas-suq komuni għas-servizzi u tagħmir tal-komunikazzjoni bis-satellita [1], taw appoġġ ġenerali lill-posizzjonijiet stabbiliti fil-Green Paper tas-Satellita tal-Kumissjoni, u kkunsidrat bħala għanijiet prinċipali: l-armonizzazzjoni u l-liberalizzazzjoni tas-suq għal stazzjonijiet terrestri xierqa permezz tas-satellita, inkluża fejn tkun applikabbli l-abolizzjoni tad-drittijiet esklussivi u speċjali f'dan il-qasam, suġġetta b'mod partikolari għall-kondizzjonijiet meħtieġa għall-konformita mal-ħtiġiet essenzali.

(3) Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar l-Iżvilupp tas-suq komuni għal-servizzi u tagħmir bis-satellita [2] jitlob lill-Kumissjoni biex tippromulga l-legislazzjoni meħtieġa biex toħloq l-ambjent biex tagħmilha possibli li l-limitazzjonijiet eżistenti jitneħħew u li attivitajiet ġodda jiġu żviluppati fil-qasam tal-komunikazzjoni bis-satellita waqt li tiġi affermata l-ħtieġa ta'l-armonizzazzjoni u l-liberalizzazzjoni tas-swieq tat-tagħmir u s-servizzi bis-satellita.

(4) Bosta Stati Membri diġa fetħu ċerti servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita għall-kompetizzjoni u ntroduċew skemi ta' għoti ta' liċenzi. Iżda, l-għoti ta' liċenzi f'xi Stati Membri s'issa għadu mhux qed iseġwi kriterji oġġettivi, proporzjonali u mhux diskriminatorji jew, fil-każ ta' operaturi li jikkompetu ma' organizzazzjonijiet tat-telekomunikazzjoni, ikunu suġġetti għaln restrizzjonijiet tekniċi bħalma hija l-projbizzjoni li jikkonnettjaw it-tagħmir tagħhom mas-sisteri elettrifikati operati minn organizzazzjonijiet tat-telekomunikazzjoni. Stati Membri oħra żammew id-drittijiet esklussivi mogħtija lil impriżi nazzjonali pubbliċi.

(5) Id-Direttiva tal-Kumissjoni 88/301/KEE tas-16 ta' Mejju 1988 dwar il-Kompetizzjoni fis-swieq tat-tagħmir tat-terminali tat-telekomunikazzjoni [3], kif emendat mill-Ftehim dwar Iż-Żona Ekonomika Ewropea, tipprovdi għall-abolizzjoni tad-drittijiet speċjali esklussivi biex wieħed jimporta, ibiegħ, jikkonnettja, jdaħħal fis-servizz u jagħmel manutenzjoni fuq tagħmir tat-terminali tat-telekomunikazzjoni. Din ma tkoprix it-tipi kollha ta' tagħmir ta' stazzjonijiet bis-satellita terrestri.

(6) Fis-Sentenza fil-Kawża C-202/88, Franza v. Il-Kumissjoni [4], il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej sostniet id-Direttiva tal-Kumissjoni 88/301/KEE. Iżda, sa fejn dan għandu x'jaqsam mad-drittijiet speċjali, id-Direttiva ġiet iddikjarata nulla għar-raġunijiet li la d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u lanqas il-preambolu tagħha ma jispeċifikaw it-tip ta' drittijiet li huma attwalment involuti u kif l-eżistrenza ta' drittijiet bħal dawn hija kontrarja għad-diversi dispożizzjonijiet tat-Trattat. Safejn għandhom x'jaqsmu l-importazzjoni, l-bejgħ, il-konnessjoni, u d-dħul fis-servizz u l-manutenzjoni tat-tagħmir tat-telekomunikazzjoni, id-drittijeit speċjali huma fil-prattika drittijiet li jingħataw minn Stat Membru lil għadd limitat ta' impriżi, permezz ta' kwalunkwe strument leġislattiv, regolatorju jew amministrattiv li, f'ċerta żona ġeografika limitata,

- jillimita għal tnejn jew aktar in-numru ta' dawn l-impriżi, aktar milli skond kriterji oġġettivi, proporzjonali u mhux diskrimantorji, jew

- jinnomina, b'xi mod ieħor ħlief bi kriterji bħal dawn, bosta impriżi kompettivi, jew

- jagħti lil xi impriża jew impriżi, b'xi mod ieħor ħlief b' dawn il-kriterji, vantaġġi legali jew regolarorji li jeffettwaw b'mod sostanzjali l-abbilta ta' kull impriża oħra biex tidħol għall-attivitajiet hawn fuq imsemmija fl-istess żona ġeografika b'kondizzjonijiet sostanzjalment ekwivalenti.

Din id-definizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjonmi ta'l-Artikolu 92 tat-Trattat tal-KE.

(7) L-eżistenza tad-drittijiet esklussivi għandha l-effett li tirrestrinġi l-moviment ħieles ta' dan it-tagħmir kemm rigward l-importazzjoni u l-bejgħ tat-tagħmir tat-telekomunikazzjoni (inkluż it-tagħmir bis-satellita) għaliex ċerti prodotti ma' jinbigħux, kif ukoll rigward il-konnsessjoni, d-dħul fis-servizz jew il-manutenzjoni għaliex, meta jitqiesu l-karatterisitiċi tas-suq u b'mod partikolari d-diversita u n-natura teknika tal-prodotti, il-monopolju m'għandux inċentiv biex jipprovdi servizzi relatati mal-prodotti li ma jkunx biegħ jew importa, kif lanqas biex jallinja l-prezzijiet ma'l-ispejjeż, għaliex ma jkunx hemm theddida ta' kompetizzjoni minn entitajiet li jkunu ġodda fis-suq. Meta wieħed iqis il-fatt li fil-biċa l-kbira tas-swieq tat-tagħmir hemm varjeta kbira ta' swieq ta' t-tagħmir elettroniku, hemm varjeta kbitra ta' tagħmir tat-telekomunikazzjoni, u l-potenzal għall-iżvilupp tas-swieq li fih s'issa hemm numru limitat ta'manifatturi, kwalunkwe dritt speċjali li direttament jew indirettament - per eżempju billi ma jipprovdux għal proċedura ta' awtorizzazzjoni miftuħa u mhux diskriminatorja - tillimita l-għadd ta' impriżi awtorizzati li jimpurtaw, ibiegħu, jikkonnettjaw, idaħħlu fis-servizz u jsewwu tagħmir bħal dan, jista' jkollu l-stess xorta ta' effetti bħall-għotja ta' drittijiet esklusivi.

Drittijiet esklussivi u speċjali bħal dawn jikostitwixxu miżuri li jkollhom effett ekwivalenti għar-restrizzjonijeit kwalitattivi inkompatibbli ma'l-Artikolu 30 tat-Trattat tal-KE. Ebda mill-karattersitiċI speċifiċi ta'l-istazzjonijeit bis-satellita terrestri jew għas-suq tal-bejgħ jew tal-manutenzjoni tagħhom m'huma tali li jiġġustifikaw li għandhom jiġu ttrattati b'mod differenti quddiem il-liġi minn tagħmir irħor tat-terminali tat-telekomunikazzjoni. Dan huwa meħtieġ biex jiġu aboliti d-drittijiet kollha eżistenti fl-importazzjoni fil-bejgħ, fil-konnessjoni u, fid-dħul fis-servizz u fil-manutenzjoni tat-tagħmir bis-satellita terrestri, kif ukoll dawk id-drittijeit Ii għandhom effetti - jiġifieri, dawk id-drittijeit speċjali kollha minbarra dawk li jikkonsistu f'vantaġġI legali jew regolatorji konferiti fuq impriża waħda jew aktar u li jeffettwaw biss il-ħila ta' impriżi oħra biex jidħlu fl-attivitajiet fuq imsemmija fl-istess żona ġeografika taħt kondizzjonijiet sostanzjalment ekwivalenti.

(8) It-tagħmir tas-satellita terrestri għandu jissodisfa r-rekwiżiti essenzali li ġew armonizzati mid-Direttiva tal-Kunsill 93/97/KEE [5] b'referenza speċjali għall-użu effiċjenti tal-frekwenzi. Għandha tkun ħaġa possibli li tiġi monitorjata l-appplikazzjoni ta' dawn il-ħtiġiet speċjali in parti permezz tal-liċenzi mogħtija għall-provvista tas-servizzi konċernati. L-allinjament tar-rekwiżiti neċessarji jintlaħaq prinċipalment permezz ta'l-adozzjoni tar-regoli tekniċi komuni u l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet marbuta mal-liċenzi. Anke fejn dawn il-kondizzjonijiet ma ġewx armonizzati, l-Istati Membri għandhom xejn anqas jadattaw ir-regoli tagħhom. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom fil-frattemp jassiguraw li l-applikazzjoni ta'regoli bħal dawn ma toħloqx xkiel għall-kummerċ.

(9) L-abolizzjoni ta' drittijiet speċjali u esklussivi relatati mal-konnessjoni ta' tagħmir tas-satellita terrestri jġib il-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti d-drittijeit li wieħed jikkonnettja mas-sistemi elettrifikati u operati minn organizzazzjonijiet tat-telekomunikazzjonui sabiex l-operaturi liċenzati jkunu jistgħu joffru s-servizzi tagħhom lill-pubbliku.

(10) Id-Direttiva tal-Kumissjoni 90/388/KEE tat-28 ta'Ġunju 1990 dwar il-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni [6], kif enmendata mill-Ftehim ta'l-EEA, tipprovdi għall-abolizzjoni ta' drittijeit speċjali u esklussivi mogħtija mill-Istati Membri rigward il-provvista ta' servizzi tat-telekomunikazzjonbi. Iżda, id-Direttiva teskludi s-servizzi bis-satellita mill-qasam ta'l-applikazzjoni tagħha.

(11) F'Kawżi Konġunti C-271/90, C-281/90 u C-289/90, Spanja v. I-Kumissjoni [7], il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej sostniet id-Direttiva tal-Kumissjoni tas-17 ta'Novembru 1992. Iżda, safejn din tirrigwarda d-drittijiet speċjali, id-Direttiva ġiet dikjarata nulla mill-Qorti tal-Ġustizzja għar-raġuni li la d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u lanqas il-preambolu tagħha ma jispeċifikaw it-tip ta' drittijeit li huma attwalmet involuti u f'liema kwalità l-eżistenza ta' drittijeit bħal dawn huma kuntrarji għad-diversi dispożizzjonijiet tat-Trattat. Minħabba f'hekk, dawn id-drittijiet għandhom jiġu spjegati f'din id-Direttiva. Safejn għandhom x'jaqsmu s-servizzi tat-telekomunikazzjoni, id-drittijeit speċjali huma fil-prattika drittijiet li jiġu mogħtija minn Stat Membru lil għadd limitat ta' impriżi, permezz ta' strument leġislattiv, regolatorju jew amminsitrattiv li, f'ċerta żona ġeografika,

- jillimita għal tnejn jew aktar, b'mod ieħor milli skond kriterji oġġettivi, proporzjonati u mhux diskriminatorji, l-għadd ta'l-impriżi li huma awtorizzati biex jipprovdu kwalunkwe servizz ta' din ix-xorta,

- jinnomina, mod ieħor milli skond kriterji bħal dawk, bosta impriżi li jikkompetu bħal dawk li jkunu awtorizzati biex jipprovdu kwalunkwe servizz bħal dan, jew

- jikkonferixxi fuq kwalunkwe impriża jew impriżi, b'mod ieħor milli skond kriterji bħal dawn, vantaġġi legali u regolatorji li sostanżjalment jeffettwaw l-abbilta ta' kwalunkwe impriża oħra li tipprovdi l-istess servizz ta' teleokomunikazzjonicfl-istess żona ġeografika taħt kondizzjonijiet sostanzjalment ekwivalenti. Din id-definizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta'l-Artikolu 92 tat-Trattat tal-KE.

Fil-qasam tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni, dawn il-vantaġġi speċjali legali u regolatorji jistgħu jikkonsistu, fost affarijiet oħra, fid-dritt li jagħmlu xiri obbligatorju fl-interess ġenerali, f'derogi mil-liġi ta'l-ippjanar tal-bliet u l-kampanja, jew fil-possibilta ta' ksir ta' awtorizzazzjoni bla ma jkollhom jghaddu mill-proċedura speċjali.

(12) Meta l-għadd ta' impriżi awtorizzati biex jipprovdu servizzi tat-telekomunikazzjoni bis-satellita jiġi limitat minn Stat Membru permezz ta' drittijiet speċjali, u drittijiet esklussivi a fortiori, dawn jikkostitwixxu restrizzjonijiet li jistgħu jkunu inkompatibbli ma'l-Artikolu 59 tat-Trattat, kull meta limitazzjoni bħal din ma tkunx ġustifikata minn ħtieġa essenzali, billi dawn id-drittijeit jimpedixxu lil impriżi oħra milli jissupplixxu (jew jiksbu) is-servizzi konċernati għal (jew mingħand) Stati Membri oħra. Fil-każ ta' servizzi ta' sistema bis-satellita, dawn il-ħtiġiet essenzali jistgħu jkunu l-użu effettiv ta'l-ispektrum tal-frekwenzi u l-l-iskartar ta' interferenzi noċivi bejn is-sistemi ta' telekomunikazzjoni bis-satellita u sistemi oħra ta' teknika li tkun bbażata jew fuq l-ispazju jew terrestri. Minħabba f'hekk, ġaladarba t-tagħmir użat biex joffri servizzi jissodisfa l-ħtieġa essenzali jkun applikabbli għall-komunikazzjoni bis-satellita, it-trattament legali separat ta' din ta'l-aħħar mhux ġustifikat. Min-naħa l-oħra, dritttijiet speċjali li jikkonsistu biss f'vanataġġi speċjali legali u regolatorji, ma jipprekludux, fil-prinċipju, impriżi oħra milli jidħlu fis-suq. Il-kompatibilita ta' dawn id-drittijiet mat-Trattat tal-KE għandu għalhekk jiġi mistħarreġ każ każ, waqt li jitqies l-impatt tagħhom fuq il-liberta effettiva ta' entitajiet oħra biex jipprovdu l-istess servizzi ta'telekomunikazzjoni u l-ġustifikazzjoni possibbli tagħhom rigward l-attivita konċernata.

(13) Id-drittijiet eklusssivi li bħalissa jeżistu fil-qasam tat-telekomunikazzjoni bis-satellita kienu ġeneralment jingħataw lil organizzazzjonijiet li diġa kienu jgawdu pożizzjoni dominanti biex joħolqu s-sistemi terrestri, jew lil waħda mis-suissidjarji tagħhom. Dawn id-rittijiet għandhom l-effet li jestendu l-pożizzjoni dominanti gawduta minn dawk l-organizazzjonijiet u għalhekk li jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom. Id-drittijiet esklussivi mogħtija fil-qasam tat-telekomunikazzjoni bis-satellita huma minħabba f'hekk inkompatibbli ma'l-Artikolu 90 tat-Trattat tal-KE, moqri wkoll flimkien ma'l-Artikolu 86.

(14) Dawn id-drittijiet esklussivi li jillimitaw l-aċċess għas-suq għandhom l-effett li jirrestrinġu jew jostakolaw, għad-detriment ta'l-utenti, l-użu tal-komunikazzjonijiet bis-satellita li jista' jiġi offrut, u b'hekk jinżamm lura l-progress tekniku f'dan il-qasam. Minħabba l-fatt li d-deċiżjonijiet ta'l-investiment tagħhom aktarx ikunu bbażati fuq drittijiet esklussivi, l-impriżi konċernati ta' spiss ikunu f'pożizzjoni li jiddeċiedu li jagħtu prijorita lil teknoloġiji terrestri, waqt li dawk li jidħlu tard jistgħu jesplojtaw it-teknoloġija tas-satellita. L-organizzazzjonijiet tat-telekomunikazzjoni ġeneralment kienu jagħtu preferenza lil-iżvilupp ta' komunikazzjonijiet permezz tal-fibra ottika terrestri, u l-komunikazzjonijiet bis-satellita kienu jintużaw prinċipalment bħala s-soluzzjoni teknika aħħarija f'każi fejn il-prezz ta' alternatttivi terrestri kien ikun projbittiv, jew għal skop ta' xandir tad-data u/jew għax-xandir televiżiv, aktar milli kien jiġi użat bħala teknoloġija ta' trasmissjoni kollha kemm hi komplimentari fiha nfisha.. B'hekk id-drittijiet esklussivi jimpilikaw restrizzjoni dwar l-iżvilupp tal-komunikazzjoni bis-satellita, u dan huwa inkompatibbli ma'l-Artikolu 90 tat-Trattat, moqri ma'l-Artikolu 80.

(15) Iżda fejn għandha x‘taqsam il-provvista tas-servizzi bis-satellita, il-proċeduri tal-liċenzar jew il-proċeduri dikjarattivi jkunu ġustifikati biex jassiguraw konformita mal-ħtiġiet essenzali, suġġett għal-prinċipju tal-proporzjonalita. l-liċenzar ma jkunx ġustifikat meta proċedura dikjaratorja biss tkun biżżejjed biex wieħed jilħaq l-għan relevanti. Per eżempju, fil-każ tal-provvista ta' servizz bis-satellita li jinvolvi biss l-użu ta' stazzjon terrestri dependenti VSAT fi Stat Membru, dan ta'l-aħħar għandu jimponi mhux aktar minn proċedura dikjaratorja.

(16) L-Artikolu 90(6) tat-Trattat jipprovdi għal eċċezzjoni għall-Artikolu 86 f'każi fej l-applikazzjoni ta' dan ta'l-aħħar tkun tfixkel l-esekuzzjoni, fil-liġi jew fil-fatt, tal-ħidmiet partikolari assenjati għall-organizzazzjonijiet tat-telekomunikazzjoni. Skond dik id-dispożizzjoni, id-Direttiva 90/388/KEE tippermetti li jinżammu drittijiet esklussivi għal perjodu tranizzjonali fil-każ tat-telefonija bil-vuċi.

"Telefonija bil-vuċi" tfisser fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 90/388/KEE il-provvista kummerċjali għall-pubbliku ta' trasport dirett u skambji ta' diskors istantanju bejn żewġ stazzjonijiet pubbliċi ta' sistema elettrifikata, li tagħmilha possibli għall-utent li juża apparat konness ma' dan il-punt terminali fis-sistema biex jikkomunika ma punt ieħor terminal. Fil-każ ta' trasport dirett u skambju ta' diskors via s-sistemi tas-satellita terrestri, din il-provvista kummerċjali għall-ppubbliku in ġenerali tista' ssir biss meta l-istazzjon terrestri tas-satellita jkun konness ma sistema elettifikata pubblika.

Għar-rigward tas-servizzi kollha bis-satellita li m'humiex telefonija tal-vuċi, ebda trattament speċjali taħt l-Artikolu 90(2) m'hu ġustifikat speċjalment in vista tal-kontribuzzjoni insinifikanti ta' dawn is-servizzi għall-introjtu ta'l-organizzazzjonijiet tat-telekominikazzjoni.

(17) Il-provvista ta' servizzi ta' sistema tas-satellita għat-trasmissjoni ta' programmi radjofoniċi u televiżivi hija servizz ta' telekomunikazzjoni għall-finijiet ta' din id-Direttiva u għalhekk huma suġġetti għal din id-dispożizzjoni. Minkejja l-abolizzjoni ta' ċerti drittijiet speċjali u esklussivi rigward stazzjonijiet terrestri bis-satellita li jirċievu biss li ma jkunux konnessi ma sistema pubblika ta' Stat Membru u l-abolizzjoni ta' drittijiet speċjali u esklussivi rigward sistemi bis-satellita provduti għal xandara pubbliċi u privati, il-kontenut ta'servizzi ta' xandir bis-satellita lil xandara pubbliċi u privati in ġenerali, il-kontenut ta' xandir bis-satellita għall-pubbliku in ġenerali provdut permezz ta'frekwenzi spjegati fir-Regolamenti Radjofoniċi kemm għas-Servizzi tax-Xandir bis-Satellita (SXS) u Servizzi bis-Satellita Fissa (SSF) għandhom jibqgħu suġġetti għal regoli speċifiċi adottati mill-Istati Membri b'konformita mal-liġI Komunitatrja u, għalhekk, ma'għandhomx ikunu suġġetti għad-disposizzjponijiet ta' din id-Direttiva.

(18) Din id-Direttiva ma timpedixxix li jiġu adottati miżuri b'konformita mal-liġI Komunitarja u ma'l-obbligazzjonijiet internazzjonali eżistenti biex tassigura li ċ-ċitadini ta'l-Istati Membri jingħataw trattament ekwivalenti fil-pajjiżi terzi.

(19) L-għoti minn operaturi tas-satellita ta' kapaċita għal segmenti spazjali tas-sistemi tas-satellita nazzjonali., privati jew internazzjonali lil operaturi ta' sistemi liċenzati għas-satellita terrestri għadu f'xi Stati Membri, suġġett għal restrizzjonijiet regolatorji barra dawk kompatibbli ma' frekwenzi u arrannġamenti għall-siti ta'kordinazzjoni meħtieġa taħt l-obbligazzjonijiet internazzjonali ta'l-Istati Membri. Dawn ir-restrizzjonijiet addizzjonali huma kuntrarji għall-Artikolu 59, li jimplika li dawn l-operaturi bis-satellita għandu jkollhom liberta sħiħa biex jipprovdu s-servizzi tagħhom fil-Komunità kollha, ġaladarba dawn ikunu liċenzati f'wieħed mill-Istati Membri.

(20) Testijiet biex jiġi stabbilit jekk l-istazzjonijiet terrestri tas-satellita ta'l-operaturi liċenzajati minbarra l-operaturi nazzjonali jikkonformawx ma'l-ispeċifiċi li jiggwidaw l-aċċess tekniku u operattiv għal sistemi intergovernattivi bis-satellita, isiru, fil-biċċa l-kbira ta'l-Istati Membri, mil-Firmatarju nazzjonali ta'l-Istat li fuq it-territorju tiegħu l-istazzjon ikun jopera. Dan l-istħarriġ dwar il-konformita isir għalhekk minn provvedituri tas-servizzi li jkunu kompetituri.

Dan m'huwiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, b'mod notevoli l-Artikoli 3(g) u 90, moqrija flimkien ma'l-Artikolu 85. L-Istati Membri għalhekk jeħtieġ li jassiguraw li dan l-istħarriġ dwar il-konformita ikun jista' jsir direttament bejn is-sitema tas-satellita terrestri konċernata u l-organizzazzjoni intergovernativa nfisha, taħt is-superviżjoni ta'l-awtoritajiet regolatorji biss.

(21) Il-biċċa l-kbira tal-kapaċita tas-segment spazjali disponibbli hija offruta mill-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-satellita. Id-drittijiet għall-użu ta' din il-kapaċita għadhom għoljin f'ħafna Stati Membri għaliex il-kapaċita tista' tiġi akkwistata biss mill-firmatarju għall-Istat Membru in kwestjoni. Din l-esklussivita, permessa mill-Istati Membri, twassal għall-qasma fis-Suq Komuni għad-detriment tal-klijienti li jkunu jeħtieġu l-kapaċita. Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Diċembru 1991, il-Kunsill minħabba f'hekk talab lil-Istati Membri biex itejbu l-aċċess għas-segment spazjali ta'l-organizzazzjonijiet inter-governattivi. Rigward it-twaqqif u l-użu ta' sistemi separati, miżuri restrittivi meħuda f'konvenzjonijiet internazzzjonali ffirmati mill-Istati Membri jista' jkollhom ukoll effetti inkompatibbli mal-liġi Komunitarja, billi jillimitaw il-provvista a spejjeż tal-konsumatur fis-sens tal-Artikolu 86(b). Fi ħġan l-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-satellita, qed isiru reviżjonijiet tad-dispożizzjonijiet ta'l-istrumenti kostitwenti relevanti, inter alia, rigward l-aċċess imtejjeb u rigward it-twaqqif u l-użu ta' sistemi separati. Biex il-Kumissjoni tkun kapaċi tmexxi l-ħidma tal-monitoraġġ assenjata lilha mit-Trattat tal-KE, għandhom jiġu provduti l-istrumenti biex jgħinu l-Istati Membri jikkonformaw mad-dover tal-koperazzjoni dikjarat fl-ewwel paragrafu ta'l-Artikolu 5, moqri flimkien ma'l-Artikolu 234(2) tat-Trattat.

(22) Biex tistħarreġ il-miżuri ta' din id-Direttiva, il-Kumissjoni, fil-kuntest tal-kisba ta'l-għanijiet fundamentali tat-Trattat imsemmija fl-Artikolu 2 tiegħu, inkluż it-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali tal-Komunità imsemmi fl-Artikolu 130(a), tqis ukoll is-sitwazzjoni ta' dawk l-Istati Membri li fihom is-sistema terrestri għadha mhix suffiċjentement żviluppata u li tista'tiġġustifika d-differiment għal dawn l-Istati Membri, rigward is-servizzi bis-satellita u sal-mod meħtieġ, tad-data ta'l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sal-1 ta' Jannar 1996,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 883/301/ke qiegħda b'hekk tiġi emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 1 qed jiġi emendat kif ġej:

(a) L-aħħar sentenza ta'l-ewwel indent qed tiġi mibdula b'dan li ġej:

"Tagħmir terminali jfisser ukoll tagħmir ta'l-istazzjon terrestri bis-satellita."

(b) Dawn l-indenti li ġejjin qed jiżdiedu wara t-tieni indent:

- ""drittijiet speċjali" tfisser drittijiet li jingħataw minn Stat Membru lil għadd limitat ta' impriżi, permezz ta' strument leġislattiv, regolatorju jew amministrativ, li, f'ċerta żona ġeografika,

- jillimita għal tnejn jew aktar l-għadd ta' impriżi bħal dawn, b'mod ieħor milli skond kriterji oġġettivi, proporzjonali u mhux diskrimanatorji, jew

- jinnomina, b'mod ieħor milli skond dawn il-kriterji, bosta impriżi li jikkompetu, jew

- jikkonferixxi fuq kwalunkwe impriża jew impriżi, b'mod ieħor milli skond dawn il-kriterji, il-vantaġġi legali u regolatorji kollha li sostanzjalment jeffettwaw il-ħila ta' kull impriża oħra li timporta, tbiegħ, tikkonnettja, iddaħħal fis-servizz u/jew tieħu ħsieb tagħmir terminali tat-telekomunikazzjoni fl-istess żona ġeografika taħt kondizzjonijiet sostanzjalment ekwivalenti:

- "tagħmir ta'stazzjon terrestri bis-satellita" tfisser tagħmir li jkun kapaċI biex jiġi użat għat-trasmissjoni biss, jew għat-trasmissjoni u r-riċeviment ("jittrasmetti/jirċievi"), jew għar-riċeviment biss ("jirċievi biss") sinjali ta' radjokomunikazzjoni permezz tas-satelliti jew sistemi oħra bbażati fuq l-ispazju'"

2. L-ewwel paragrafu ta'l-Artikolu 2 qiegħed jinbidel b'dan it-test li ġej.

"L-Istati Membri li taw drittijiet speċjali jew drittijiet esklussivi lill-impriżi għandhom jassiguraw li d-drittijiet esklussivi kollha jiġu rtirati, kif ukoll dawk id-drittijiet speċjali li

(a) jillimitaw għal tnejn jew aktar l-għadd ta'l-impriżi fis-sens ta'l-Artikolu1, b'mod ieħor milli skond kriterji oġġettivi, proporzjonali u mhux diskriminatorji,

(b) jinnominaw, b'mod ieħor dawk il-kriterji, bosta impriżi li jikkompetu fis-sens ta'l-Artikolu 1.'"

3. L-ewwel indent ta'l-Artikolu 3 qed jiġ mibdul b'dan it-test li ġej:

- "fil-każ ta' tagħmir ta' stazzjon terrestri bis-satellita, jirrifjuta li jippermetti li dan it-tagħmir jiġi konness mas-sitema pubblika tat-telekomunikazzjonijiet u/jew jinġieb fis-servizz fejn dan ma jissodisfax ir-regolamenti tekniċi komuni relevanti adottati skond id-Direttiva tal-Kunsill 93'97/KEE [8] jew, fl-assenza tiegħu, il-ħtieġa essenzaIi stabbilita fl-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva. Fl-assenza ta' regoli tekniċi komuni dwar il-kondizzjonijiet regolatorji armonizzati, ir-regoli nazzjonali għandhom ikunu proporzjonati ma'dawk il-ħtiġiet essenzali u għandhom jiġu notifikati lill-Kumissjoni skond id-Direttiva 83/189/KEE fejn id-Direttiva hekk titlob.

- fil-każ ta' tagħmir ieħor terminali, jirrifjuta li jippermetti li dan it-tagħmir jiġi konness mas-sistema tat-t-elekomunikazzjonijiet fejn din ma tissodisfax ir-regolamenti komuni relevanti adottati skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/263/KEE [9] jew, fl-assenza tiegħu, il-ħtiġiet essenzali stabbiliti fl-Artikolu 4 ta' dik di-Direttiva."

Artikolu 2

Id-Direttiva 90/388/KEE qiegħda b'hekk tiġi emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 1 qed jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(i) it-tieni indent qiegħda tiġi mibdula kif ġej:

- ""drittijiet esklussivi"; tfisser drittijiet li jingħataw minn Stat Membru lil impriża waħda permezz ta' strument leġislattiv, regolatorju jew amministrattiv, waqt li jirriservalha d-dritt li tipprovdi servizz tat-telekomunikazzjoni jew li tidħol għal attivita f'ċerta żona ġeografika.";

(ii) Dan li ġej qed jiddaħħal bħala t-tielet indent:

- ""drittijiet speċjali" tfisser drittijiet li jingħataw minn Stat Membru lil għadd limitat ta' impriżi permezz ta' strument leġislattiv, regolatorju, jew amministrattiv li, f'ċerta żona ġeografika,

- jillimita għal tnejn jew aktar l-għadd ta' dawn l-impriżi awtorizzati biex jipprovdu servizz jew li jidħlu għal attivita, b'mod ieħor milli skond kriterji oġġettivi, proporzjonali u mhux diskrimantorji, jew

- jinnomina, b'mod ieħor milli skond dawn il-kriterji, bosta impriżi li jikkompetu bħallikieku huma awtorizzati biex jipprovdu servizz jew jidħlu għal attivita, jew

- jikkonferixxi fuq kwalunkwe impriża jew impriża, b'mod ieħor milli skond dawn il-kriterji vantaġġI legali jew regolatorji li sostanzjalment jeffettwaw il-kapaċita ta'kull impriża oħra li tipprovdi l-istess servizz ta' telekomunikazzjoni jew li tidħol għall-istess attivita fl-istess żona ġeografika taħt kondizzjonijiet sostanzjalment ekwivalenti."

(iii) Ir-raba' indent qed jiġi mibdul b'dan li ġej:

- ""is-servizzi tat-elekomunikazzjonijiet" tfisser servizzi li l-provvista tagħhom tikkonsisti interament jew parzjalment fit-trasmissjoni u t-twassil ta' sinjali fuq sisterma pubblika tat-telekomunikazzjoni permezz ta' proċessi tat-telekomunikazzjoni, bl-eċezzjoni tax-xandir radjofoniku u televiżiv lill-pubbliku, u s-servizzi bis-satellita."

(iv) dawn l-indenti qed jiddaħħlu wara r-raba' indent:

- ""sistema ta' stazzjonijiet terrestri bis-satellita tfisser" konfigurazzjoni ta' żewġ stazzjonijiet terresti jew aktar li jirrelataw bejniethom peremezz ta' satellita:

- "is-serviazi tas-sistema bis-satellita" tfisser it-twaqqif u t-tħaddim ta'sistema ta' stazzjonijiet terrestri bis-satellita; dawn is-servizzi jikkonsistu, bħala minimu, fit-twaqqif, permezz ta' stazzjonijiet terrestri bis-satellita, ta' radjokumikazzjonijiet għal segmenti spazjali ("uplinks"), u t-twaqqif ta' radjokomunikazzjonijiet bejn is-segment spazjali u l-istazzjonijiet terrestri bis-satellita ("downlinks");

- "is-servizzi tal-komunikazzjoni bis-satellita" tfisser servizzi li l-provvista tagħhom tuża, interament jew parzjalment, is-servizzi tas-sistema tas-satellita;

- "servizzi bis-satellita" tfisser il-provvista ta' servizzi tal-komunikazzjoni bis-satellita u/jew il-provvista tas-servizzi bis-sistema tas-satellita;"

(v) it-tieni sentenza tas-sitt indent qed tiġi mibdula b'dan it-test li ġej:

"Dawk ir-raġunijiet huma s-sigurta fl-operat tas-sistema, l-oservanza ta'l-integrita tas-sistema, u, f'każi ġustifikati, l-interoperabilita tas-servizzi, il-protezzjonit tad-data u, fil-każ tas-servizzi tas-sistema bis-satelita, l-użu effettiv ta' spektrum ta' frekwenzi u li tiġi evitata interferenza noċiva bejn is-sistemi tat-tekominkazzjoni bis-satellita u sistemi tekniċi oħra bbażati fl-ispazju jew terrestri."

(b) Il-paragrfu 2 qed jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. Din id-Direttiva m'għandhiex tgħodd għas-servizz tat-teleks jew għall-radjokumikazzjoni terrestri bit-telefon ċellulari."

2. L-Artikolu 2 qed jiġi emendat kif ġej: is amended as follows:

(a) L-ewwel paragrafu qed jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(2), l-Istati Membri għandhom jirtiraw dawk il-miżuri kollha li jagħtu:

(a) drittijiet esklussivi għall-provvista ta' servizzi ta' telekomunikazzjoni b'mod ieħor milli bit-telfonija tal-vuċi u

(b) drittijiet speċjali li jilimitaw għal tnejn jew aktar l-għadd ta' impriżi awtorizzati biex ifornu dawn is-servizzi ta' telekomunikazzjoni, b'mod ieħor barra milli skond il-kriterji oġġettivi, proporzjonali u mhux diskrimantorji, jew

(ċ) drittijiet speċjali li jinominaw, b'mod ieħor milli skond dawk il-kriterji, bosta impriżi li jikkompetu biex jipprovdu dawk is-servizzi ta' telekomunikazzjoni.

Dawn għandhom jieħdu l-miżuri neċesarji biex jassiguraw li kwalunkwe operatur ikun intitolat li jforni serivizzi ta' telekomunikazzjoni ta' din ix-xorta, minbarra t-telefonija bil-vuċi."

(b) Dawn il-paragrafi qed jiġu miżjuda:

"L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-kriterji li fuqhom ikunu nħarġu l-awtorizzazzjonijiet, flimkien mal-kondizzjonijiet konnessi ma dawn l-awtorizzazzjonijiet u mal-proċeduri dikkjarattivi dwar l-operazzjoni ta' stazzjonijiet terrestri trasmittenti.

L-Istati Membri għandhom ikomplu jinformaw lill-Kumissjoni dwar xi pjanijiet biex jintroduċu proċeduri ġodda ta' liċenzar jew biex jibdlu l-proċeduri eżistenti'."

3. L-Artikolu 6 iqed jiġi emednat kif ġej:

(a) Dawn il-paragrafi li ġejjin qed jiġu miżjuda wara t-tieni paragrafu:

"L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-drittijiet imposti fuq il-provvedituri tas-servizzi bħala parti mill-proċeduri ta'l-awtorizzazzjoni, għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskrimantorji.

Id-drittijiet, il-kriterji li fuqhom ikunu bbażati, u kwalunkwe tibdil fihom, għandhom jiġu ppubblikati b'mod dettaljat skond kif ikun xieraq u suffiċjenti, biex jiġi provdut aċċess faċli għal dik l-informazzjon.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kumissjoni mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva, u wara meta jsiru tibidliet, il-mod li bih l-informazzjoni tkun dispponibbli. Il-Kumissjoni għandha regolarment tippubblika referenzi għal dawn in-notifiki."

(b) Il-paragrafu li ġej qed jiġI miżjud: The following paragraph is added:

"L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kull proibizzjoni jew restrizzjoni regolatorja li fiha tkun offruta kapaċita għal segment ta' spazju lil kwalunkwe operatur ta' sisterma ta' satellita terresti awtorizzat jiġu aboliti, u dawn għandhom jawtorizzaw fit-territorju tagħhom lil kull provveditur ta' segmenti ta' spazju biex jivverifika li s-sitema ta'l-istazzjon tas-satellita terrestri li tintuża in konnessjoni mas-segment ta'l-ispazju tal-provveditur in kwestjoni jkun konformi mal-kondizzjonijiet ippubblikati għall-aċċess għall-kapaċita tas-segment a'l-ispazju tiegħu."

Artikolu 3

L-Istati Membri li jkunu parti mill-konvenzjonijiet internazzjonali li waqqfu l-organizzazzjonijiet internazzjonali Intelsat, Inmarsat u Intersputnik għall-finijiet ta'l-operazzjonijiet bis-satellita għandhom jikkomunikaw lill-Kumissjoni, meta din titlobha, l-informazzjoni li jkunu jppossedu dwar kwalunkwe miżura li tista' tippreġudika l-konformita mar-regoli tal-kompetizzjoni tat-Tarattat ta'l KE jew teffettwa l-għanijiet ta' din id-Direttiva jew tad-Direttivi tal-Kunsill dwar it-telekomunikazzjoni.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kumissjoni, mhux aktar tard minn disa' xhur wara li din id-Direttiva tkun daħlet fis-seħħ, dik l-informazzjoni li tippermetti llil-Kumissjoni biex tikkonferma li l-Artikoli 1 u 2 ikunu ġew obduti.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Ottubru 1994.

Għall-Kumissjoni

Karel Van Miert

Membru tal-Kumissjoni

[1] ĠU NruC 8, ta' l-14.1.1992, p. 1.

[2] ĠU Nru C 42, tal-15.2.1993, p. 30.

[3] ĠU L 131, tas-27.5.1988, p. 73.

[4] [1991] ECR I-1223.

[5] ĠU L 290, ta' l-24.11.1993, p. 1.

[6] ĠU L 192, ta' l-24.7.1990, p. 10.

[7] [1992] ECRI-5833.

[8] ĠU L 290, ta' l-24.11.1993, p. 1.

[9] ĠU L 128, tat-23.5.1991, p. 1.

--------------------------------------------------

Top