EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0569

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/569 tat-30 ta’ Marzu 2021 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/1/2021)

ST/7013/2021/INIT

ĠU L 122, 8.4.2021, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/569/oj

8.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2021/569

tat-30 ta’ Marzu 2021

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/1/2021)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1869 tas-16 ta’ Ottubru 2017 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bil-iskop li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq), inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fil-11 ta’ Diċembru 2019, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2188 (2), biex ħatar lis-Sur Christoph BUIK bħala Kap tal-Missjoni tal-EUAM Iraq mill-1 ta’ Jannar 2020 sas-17 ta’ April 2020.

(3)

Fis-7 ta’ April 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/513 (3), biex estenda l-mandat tal-EUAM Iraq sat-30 ta’ April 2022.

(4)

Fis-16 ta’ April 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/530 (4), biex estenda l-mandat tas-Sur Christoph BUIK bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUAM Iraq mit-18 ta’ April 2020 sas-17 ta’ April 2021.

(5)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona li l-mandat tas-Sur Christoph BUIK bħala Kap tal-Missjoni tal-EUAM Iraq jiġi estiż mit-18 ta’ April 2021 sat-30 ta’ April 2022,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Christoph BUIK bħala Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) huwa b’dan estiż mit-18 ta’ April 2021 sat-30 ta’ April 2022.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mit-18 ta’ April 2021.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)  ĠU L 266, 17.10.2017, p. 12.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2019/2188 tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/3/2019) (ĠU L 330, 20.12.2019, p. 50).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/513 tas-7 ta’ April 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (ĠU L 113, 8.4.2020, p. 38).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/530 tas-16 ta’ April 2020 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (ĠU L 120, 17.4.2020, p. 1).


Top