Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/324/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5980 – Tranquilidade/Banco Pastor/Pastor Vida/Espírito Santo Gestion/Gespastor) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 324, 1.12.2010, pp. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 324/24


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5980 – Tranquilidade/Banco Pastor/Pastor Vida/Espírito Santo Gestion/Gespastor)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 324/08

1.

Fit-22 ta’ Novembru 2010 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Companhia de Seguros Tranquilidade, SA (“Tranquilidade”, il-Portugall) ikkontrollata minn Espírito Santo Financial Group, SA (“ESFG”, il-Lussemburgu) u Banco Pastor, SA (“Banco Pastor”, Spanja) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Pastor Vida, SA de Seguros y Reaseguros (“Pastor Vida”, Spanja), sa issa taħt il-kontroll waħdani ta' Banco Pastor u l-impriża Espírito Santo Gestion, S.A.U., S.G.I.I.C. (“ESG”, Spanja), ikkontrollata minn ESFG takkwista, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta' Gespastor S.G.I.I.C, SA (“Gespastor”, Spanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Tranquilidade: prodotti li jikkonsistu minn pjani ta' assikurazzjoni u ta' pensjoni, li topera l-aktar fil-Portugall kif ukoll fi Spanja,

għal ESG: attiva fis-suq tas-settur finanzjarju Spanjol, u jiġġestixxi fondi ta' investiment,

għal ESFG: servizzi bankarji, assikurazzjoni, u servizzi ta' ġestjoni tal-assi u tal-fondi pprovduti fil-Portugall kif ukoll internazzjonalment,

għal Banco Pastor: grupp ta' kumpaniji li tagħmel operazzjonijiet bankarji u distribuzzjoni tal-assikurazzjoni fi Spanja,

għal Pastor Vida: assikurazzjoni tal-ħajja u prodotti tal-pensjoni fi Spanja,

għal Gespastor: attiva fis-suq tas-settur finanzjarju Spanjol, u jiġġestixxi fondi ta' investiment.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5980 – Tranquilidade/Banco Pastor/Pastor Vida/Espírito Santo Gestion/Gespastor, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top