Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/291/10

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5719 – Oaktree/SGD) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 291, 1.12.2009, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 291/31


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5719 – Oaktree/SGD)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2009/C 291/10

    1.

    Fit-18 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża OCM Luxembourg Glasnost Holding S.à.r.l (Lussemurgu) li tagħha għandu l-kontroll aħħari l’Oaktree Capital Management L.P. (“Oaktree”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ tal-impriża Cougard Investissement SAS u s-sussidjarji tagħha SGD (kollettivament “SGD”, Franza) permezz tax-xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Oaktree: fondi ta’ investiment ta' ekwità privata,

    għal SGD: għal SGD: il-fornitura ta’ imballaġġ ta' ħġieġ għal speċjalità fl-industriji ta’ prodotti tal-fwieħa, kosmetiċi u farmaċewtiċi, il-fornitura ta’ prodotti tal-ħġieġ b’forom oħrajn, bħal briks tal-ħġieġ u iżolaturi tal-ħġieġ, u l-fornitura ta’ prodotti ta’ ppakkjar tal-plastik.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5719 – Oaktree/SGD, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top