Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/269/26

    Kawża C-193/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l- 20 ta' Settembru 2007 — Société des Produits Nestlé SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern ( Trade marks u Disinni), Quick restaurants SA (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Trade mark figurattiva li fiha l-element verbali QUICKY — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali preċedenti QUICKIES — Probabbiltà ta' konfużjoni — Evalwazzjoni globali)

    ĠU C 269, 10.11.2007, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 269/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-20 ta' Settembru 2007 — Société des Produits Nestlé SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Quick restaurants SA

    (Kawża C-193/06 P) (1)

    (Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “QUICKY’ - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali preċedenti QUICKIES - Probabbiltà ta' konfużjoni - Evalwazzjoni globali)

    (2007/C 269/26)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Société des Produits Nestlé SA [rappreżentant: D. Masson, avukat]

    Partijiet l-oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) [rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent], Quick restaurants SA [rappreżentanti: E. De Gryse, F. de Visscher u D. Moreau, avukati]

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla), tat-22 ta' Frar 2006, Nestle vs L-UASI, intervenjent: Quick restaurants SA (kawża T-74/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-17 ta' Diċembru 2003 (Kawża R 922/2001-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn il-kumpannija tal-prodotti Nestlé SA u Quick restaurants SA.

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-22 ta' Frar 2006, Nestlé vs L-UASI — Quick (QUICKY) (T-74/04), hija annullata billi l-Qorti tal-Prim'Istanza, bi ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, ma evalwatx ix-xebh viżiv tas-sinjali in kwistjoni meta bbażat fuq l-impressjoni globali prodotta minn dawn.

    2)

    L-appell huwa miċħud għall-bqija.

    3)

    Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.

    4)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    (1)  ĠU C 165, 15.7.2006.


    Top