This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0465
Case T-465/22: Action brought on 22 July 2022 — EIB v Syria
Kawża T-465/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja
Kawża T-465/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja
ĠU C 359, 19.9.2022, p. 88–88
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/88 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja
(Kawża T-465/22)
(2022/C 359/107)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: D. Arts u E. Paredis, avukati, T. Gilliams, R. Stuart u F. de Borja Oxangoiti Briones, aġenti)
Konvenut: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha timponi fuq ir-Repubblika Għarbija Sirjana:
— |
il-ħlas tas-somom kollha dovuti lir-rikorrent skont l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Aleppo – Tall Kojak Road Project Special Term Loan Agreement (il-Ftehim ta’ Self b’Dispożizzjonijiet Speċifiċi għall-Proġett tat-Triq Aleppo – Tall Kojak) (iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Self”) mill-25 ta’ Awwissu 2017, li jinkludi:
|
— |
il-ħlas tas-somom kollha relatati ma’ dawn il-proċeduri skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.
L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li r-Repubblika Għarbija Sirjana kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha taħt l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self li tagħmel il-ħlas tal-pagamenti ulterjuri taħt il-Ftehim ta’ Self hekk kif kienu dovuti, mill-25 ta’ Awwissu 2017 u taħt l-Artikolu 3.02 tal-Ftehim ta’ Self sabiex isir ħlas ta’ interessi moratorji fuq kull wieħed mill-pagamenti dovuti u mhux imħallsa, li jakkumula bir-rata annwali fih. Konsegwentement, ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti taħt l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self.