Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0399

    Kawża C-399/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-15 ta’ Ġunju 2022 – Confédération paysanne vs Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire, Ministère de l’Économie, des Finances et de la Souveraineté industrielle et numérique

    ĠU C 359, 19.9.2022, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 359/37


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-15 ta’ Ġunju 2022 – Confédération paysanne vs Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire, Ministère de l’Économie, des Finances et de la Souveraineté industrielle et numérique

    (Kawża C-399/22)

    (2022/C 359/42)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Confédération paysanne

    Konvenuti: Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire, Ministère de l’Économie, des Finances et de la Souveraineté industrielle et numérique

    Domandi preliminari

    1)

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (1), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (2), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (3) u tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (4) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jawtorizzaw lil Stat Membru li jadotta miżura nazzjonali li tipprojbixxi l-importazzjonijiet, minn pajjiż speċifiku, ta’ frott u ħaxix li jiksru l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 1169/2011 u l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 1308/2013 minħabba li ma jindikawx il-pajjiż jew it-territorju li minnu dawn effettivament joriġinaw, b’mod partikolari meta dan in-nuqqas ikun sinjifikattiv u meta jkun diffiċli li jiġi kkontrollat ladarba l-prodotti jkunu daħlu fit-territorju tal-Unjoni?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2019, li temenda l-Protokolli 1 u 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju tas-26 ta’ Frar 1996 li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Marokk, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-applikazzjoni tal-Artikoli 9 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 u tal-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, minn naħa, il-frott u l-ħaxix maħsud fit-territorju tas-Saħara tal-Punent għandhom il-Marokk bħala l-pajjiż ta’ oriġini tagħhom u, min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Marokkini huma kompetenti sabiex joħorġu ċ-ċertifikati ta’ konformità previsti mir-Regolament Nru 543/2011 għall-frott u għall-ħaxix maħsud f’dan it-territorju?

    3)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2019 li tapprova dan il-ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri hija konformi mal-Artikolu 3(5) TUE, mal-Artikolu 21 TUE u mal-prinċipju konswetudinarju ta’ awtodeterminazzjoni mfakkar b’mod partikolari fl-Artikolu 1 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti?

    4)

    L-Artikoli 9 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 u l-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li fl-istadju tal-importazzjoni u tal-bejgħ lill-konsumatur, l-imballaġġ tal-frott u tal-ħaxix maħsud fit-territorju tas-Saħara tal-Punent ma jistax isemmi l-Marokk bħala l-pajjiż ta’ oriġini iżda għandu jsemmi t-territorju tas-Saħara tal-Punent?


    (1)  ĠU 2011, L 304, p. 18, rettifiki fil-ĠU 2014, L 331, p. 40, fil-ĠU 2016, L 266, p. 7, u fil-ĠU 2022, L 35, p. 26.

    (2)  ĠU 2013, L 347, p. 671, rettifiki fil-ĠU 2014, L 189, p. 261, fil-ĠU 2016, L 130, p. 8, fil-ĠU 2020, L 1, p. 5, u fil-ĠU 2022, L 195, p. 106.

    (3)  ĠU 2011, L 157, p. 1.

    (4)  ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.


    Top