Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0309

    Kawża C-309/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Mejju 2022 – Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) vs College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden, parti oħra fil-proċedura: Adama Registrations BV (Adama)

    ĠU C 359, 19.9.2022, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 359/21


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Mejju 2022 – Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) vs College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden, parti oħra fil-proċedura: Adama Registrations BV (Adama)

    (Kawża C-309/22)

    (2022/C 359/22)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    College van Beroep voor het bedrijfsleven

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe)

    Konvenut: College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden

    Parti oħra fil-proċedura: Adama Registrations BV (Adama)

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 tad-19 ta’ April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (1) jimplika li l-awtorità kompetenti għandha tapplika wkoll il-kriterji ġodda ta’ determinazzjoni ta’ proprjetajiet ta’ tfixkil endokrinali fil-proċeduri ta’ evalwazzjoni u ta’ deċiżjoni dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni li kienu għadhom fis-seħħ fl-10 ta’ Novembru 2018, fir-rigward ukoll tal-Artikolu 29(1)initio u (e), flimkien mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (2)?

    2)

    Jekk l-ewwel domanda teħtieġ risposta fin-negattiv, hija l-awtorità kompetenti li għandha l-obbligu li tissospendi l-proċeduri ta’ evalwazzjoni u ta’ deċiżjoni dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni sakemm jingħataw konklużjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-konsegwenzi tar-Regolament 2018/605 għal kull proċedura fis-seħħ fil-kuntest tar-Regolament Nru 1107/2009, fid-dawl tal-premessa 8 tar-Regolament 2018/605?

    3)

    Jekk it-tieni domanda teħtieġ risposta fin-negattiv, l-awtorità kompetenti tista’ tikkuntenta ruħha b’evalwazzjoni magħmula abbażi biss tad-data magħrufa fil-mument tal-applikazzjoni, anki jekk l-għarfien xjentifiku u tekniku inklużi fiha ma jkunux iktar attwali fil-mument meta tittieħed id-deċiżjoni kkontestata?


    (1)  ĠU 2018, L 101, p. 33, rettifika fil-ĠU 2018, L 111, p. 10.

    (2)  ĠU 2009, L 309, p. 1.


    Top