Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0592

    Kawża T-592/21: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2021 – Kakuzo vs EUIPO – Rauch Fruchtsäfte (Kakuzo)

    ĠU C 502, 13.12.2021, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 502/33


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2021 – Kakuzo vs EUIPO – Rauch Fruchtsäfte (Kakuzo)

    (Kawża T-592/21)

    (2021/C 502/50)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Kakuzo GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u D. Mienert, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rauch Fruchtsäfte GmbH (Rankweil, l-Awstrija)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Kakuzo – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 452 541

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 356/2021-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top