EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0303

Kawża T-303/21: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2021 – FC vs EASO

ĠU C 289, 19.7.2021, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/46


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2021 – FC vs EASO

(Kawża T-303/21)

(2021/C 289/62)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: FC (rappreżentant: B. Christianos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (EASO)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, li tiċħad l-ilment imressaq minnu fis-26 ta’ Marzu 2021 abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha tal-kawża sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

Id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bil-ksur tal-prinċipju ta’ ekonomija tal-ġudizzju u bil-ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent, abbażi tal-argumenti segwenti:

1.

ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent, sa fejn il-konvenut għadu jkompli jonqos milli jagħmel konnessjoni bejn il-proċedura dixxiplinari ma’ ksur tad-drittijiet fundamentali mwettaq fil-fażi predixxiplinari, li jipproduċu effetti anki fit-tieni fażi tal-proċedura dixxiplinari, u

2.

ksur tad-dritt għal smiegħ tar-rikorrent.


Top