EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0237

Kawża T-237/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2021 – Fidelity National Information Services vs EUIPO – IFIS (FIS)

ĠU C 252, 28.6.2021, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/29


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2021 – Fidelity National Information Services vs EUIPO – IFIS (FIS)

(Kawża T-237/21)

(2021/C 252/38)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fidelity National Information Services, Inc. (Jacksonville, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Wilhelm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Banca IFIS SpA (Mestre, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FIS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 232 236

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 1460/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti b’rabta ma’ dan l-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top