This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TB0717
Case T-717/21 R: Order of the President of the General Court of 26 January 2022 — ICA Traffic v Commission (Application for interim relief — Public procurement — Supply of disinfection robots — Application for interim measures — No urgency)
Kawża T-717/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – ICA Traffic vs Il-Kummissjoni (“Miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi – Provvista ta’ robots tad-diżinfezzjoni – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”)
Kawża T-717/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – ICA Traffic vs Il-Kummissjoni (“Miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi – Provvista ta’ robots tad-diżinfezzjoni – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”)
ĠU C 119, 14.3.2022, p. 49–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 119, 14.3.2022, p. 21–21
(GA)
14.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 119/49 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – ICA Traffic vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-717/21 R)
(“Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Provvista ta’ robots tad-diżinfezzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)
(2022/C 119/69)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: ICA Traffic GmbH (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Hertwig u C. Vogt, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Mantl, B. Araujo Arce u M. Ilkova, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata ma tkomplix bl-akkwist, imħabbar mill-istqarrija għall-istampa tagħha tal-21 ta’ Settembru 2021, ta’ 100 robot ta’ diżinfezzjoni addizzjonali abbazi tal-konklużjoni ta’ wieħed mill-kuntratti qafas li jirrigwardaw il-kunsinna ta’ numru massimu ta’ 200 robot ta’ diżinfezzjoni u, min-naħa l-oħra, għall-għoti ta’ kwalunkwe miżura provviżorja neċessarja għas-salvagwarda tal-istatu quo.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |