Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0045

    Kawża T-45/21 R: Digriet tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2021 – Ciano Trading & Services CT & S et vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi – Talba għal miżuri provviżorji – Inammissibbiltà – Nuqqas ta’ urġenza”)

    ĠU C 182, 10.5.2021, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.5.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 182/55


    Digriet tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2021 – Ciano Trading & Services CT & S et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-45/21 R)

    (“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ urġenza”)

    (2021/C 182/75)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent(i): Ciano Trading & Services CT & S SpA (Fiumicino, l-Italja) Silvia Brizio (Venaria Reale, l-Italja), Laurence André (Grivegnée, il-Belġju), Lidia Pacitti (Neder-over-Heembeek, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Gillet u S. Van Besien, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Van Noyen u M. Ilkova, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, b’mod partikolari u essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2020 li tannulla s-sejħa għall-offerti OIB/2019/CPN/0039 għall-konklużjoni ta’ kuntratt għall-ġestjoni/operat ta’ konċessjoni ta’ servizzi ta’ forniment sostenibbli kollettiv ta’ ikel, inklużi servizzi ta’ ikliet, ta’ xorb għal-laqgħat kif ukoll ikel għat-tfal.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top