Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0245

    Kawża C-245/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-19 ta’ April 2021 – Bundesrepublik Deutschland irrappreżentata mill-Bundesministerium des Innern, für Bau und Heimat vs MA, PB

    ĠU C 278, 12.7.2021, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 278/27


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-19 ta’ April 2021 – Bundesrepublik Deutschland irrappreżentata mill-Bundesministerium des Innern, für Bau und Heimat vs MA, PB

    (Kawża C-245/21)

    (2021/C 278/38)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesverwaltungsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Bundesrepublik Deutschland

    Konvenuti: MA, PB

    Domandi preliminari

    1)

    Sospensjoni amministrattiva tal-infurzar tad-deċiżjoni tat-trasferiment, li hija revokabbli biss minħabba l-impossibbiltà attwali (temporanja) tat-trasferimenti kkawżata mill-pandemija COVID 19, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (1) waqt proċeduri ta’ appell ġudizzjarju?

    2)

    Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: tali deċiżjoni ta’ sospensjoni twassal għal interruzzjoni tat-terminu tat-trasferiment skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament Dublin III?

    3)

    Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv: dan japplika wkoll jekk, qabel it-tifqigħa tal-pandemija COVID 19, qorti kienet ċaħdet l-applikazzjoni mill-persuna li kienet qiegħda tfittex il-protezzjoni sabiex tiġi sospiża l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tat-trasferiment skont l-Artikolu 27(3)(c) tar-Regolament Nru 604/2013 sal-eżitu tal-proċeduri ta’ appell?


    (1)  ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50.


    Top