Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0243

    Kawża C-243/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fl-14 ta’ April 2021 – “TOYA” sp. z o.o., Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

    ĠU C 289, 19.7.2021, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 289/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fl-14 ta’ April 2021 – “TOYA” sp. z o.o., Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

    (Kawża C-243/21)

    (2021/C 289/35)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Okręgowy w Warszawie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti:“TOYA” sp. z o.o., Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji.

    Konvenut: Prezesowi Urzędu Komunikacji Elektronicznej

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta’ l-Aċċess) (1) moqri flimkien mal-Artikolu 3(5) kif ukoll mal-Artikolu 1(3) u (4) tad-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil awtorità regolatorja nazzjonali milli tkun tista’ timponi fuq operatur li għandu infrastruttura teknika u li fl-istess waqt huwa fornitur ta’ servizzi jew ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li huma pubblikament disponibbli u li ma ntgħażilx bħala operatur li għandu setgħa sinjifikattiva fis-suq, l-obbligu li japplika l-kundizzjonijiet stabbiliti ex ante mill-istess awtorità u li jirregolaw il-modalitajiet ta’ aċċess għall-infrastruttura teknika ta’ dan l-operatur, inklużi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-konklużjoni ta’ kuntratti kif ukoll it-tariffi għall-aċċess applikati, indipendentement mill-eżistenza ta’ tilwima dwar aċċess għall-infrastruttura teknika ta’ dan l-operatur kif ukoll mill-eżistenza ta’ kompetizzjoni effettiva fis-suq?

    Alternattivament (verżjoni II)

    2)

    L-Artikolu 67(1) u (3) moqri flimkien mal-Artikolu 68(2) u (3) tad-Direttiva 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (3) moqri flimkien mal-Artikolu 3(5) kif ukoll mal-Artikolu 1(3) u (4) tad-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil korp regolatorju nazzjonali milli jkun jista’ jimponi fuq operatur li għandu infrastruttura teknika u li fl-istess waqt huwa fornitur ta’ servizzi jew ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li huma pubblikament disponibbli u li ma ntgħażilx bħala operatur li għandu setgħa sinjifikattiva fis-suq, l-obbligu li japplika l-kundizzjonijiet stabbiliti ex ante mill-istess awtorità u li jirregolaw il-modalitajiet ta’ aċċess għall-infrastruttura teknika ta’ dan l-operatur, inklużi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-konklużjoni ta’ kuntratti kif ukoll it-tariffi għall-aċċess applikati, indipendentement mill-eżistenza ta’ tilwima dwar aċċess għall-infrastruttura teknika ta’ dan l-operatur kif ukoll mill-eżistenza ta’ kompetizzjoni effettiva fis-suq?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323.

    (2)  ĠU 2014, L 155, p. 1.

    (3)  ĠU 2018 L 321, p. 36, rettifiki fil-ĠU 2019 L 334, p. 164, u fil-ĠU 2020 L 419, p. 36.


    Top