Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0218

    Kawża C-218/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-1 ta’ April 2021 – Autoridade Tributária e Aduaneira vs DSR – Montagem e Manutenção de Ascensores e Escadas Rolantes SA

    ĠU C 252, 28.6.2021, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.6.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/12


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-1 ta’ April 2021 – Autoridade Tributária e Aduaneira vs DSR – Montagem e Manutenção de Ascensores e Escadas Rolantes SA

    (Kawża C-218/21)

    (2021/C 252/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Supremo Tribunal Administrativo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Autoridade Tributária e Aduaneira.

    Konvenut: DSR – Montagem e Manutenção de Ascensores e Escadas Rolantes SA

    Domandi preliminari

    1)

    Applikazzjoni tal-punt 2.27 tal-Lista I annessa mal-Código IVA (il-Kodiċi tal-VAT) fis-sens li tinkludi t-tiswija u l-manutenzjoni tal-liftijiet mwettqa mill-impriża msemmija fil-fatti […] b’rata mnaqqsa ta’ VAT, hija konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mal-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?

    2)

    Applikazzjoni ta’ din l-istess dispożizzjoni tal-Kodiċi tal-VAT li tieħu wkoll inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet previsti barra minn hekk fid-dritt nazzjonali – l-Artikoli 1207, 204(1)(e) u (3) u 1421(2)(b) tal-Kodiċi Ċivili (regoli li fihom huma previsti l-kunċetti ta’ kuntratt għal xogħlijiet, ta’ proprjetà immobbli u l-preżunzjoni li l-lift jitqies bħala parti komuni tal-binja taħt sistema ta’ koproprjetà) hija konformi mad-dritt tal-Unjoni, b’mod speċifiku mal-Anness IV tad-Direttiva 2006/112?


    (1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


    Top