Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0116

    Kawżi Magħquda C-116/21 P sa C-118/21 P, C-138/21 P u C-139/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Lulju 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs VW, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell – Servizz pubbliku – Pensjoni – Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 20 tal-Anness VIII – Għoti ta’ pensjoni tas-superstiti – Konjuġi superstiti ta’ ex uffiċjal intitolat għal pensjoni tal-irtirar – Żwieġ konkluż wara t-tmiem tas-servizz ta’ dan l-uffiċjal – Kundizzjoni ta’ tul minimu ta’ ħames snin taż-żwieġ fid-data tal-mewt tal-uffiċjal – Artikolu 18 tal-Anness VIII – Żwieġ konkluż qabel it-tmiem tas-servizz tal-uffiċjal – Kundizzjoni ta’ tul minimu taż-żwieġ ta’ sena biss – Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 20 tal-Anness VIII – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 20 – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Artikolu 21(1) – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Artikolu 52(1) – Assenza ta’ distinzjoni arbitrarja jew manifestament inadegwata fir-rigward tal-għan li għandu jintlaħaq mil-leġiżlatur tal-Unjoni)

    ĠU C 359, 19.9.2022, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 359/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Lulju 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs VW, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    (Kawżi Magħquda C-116/21 P sa C-118/21 P, C-138/21 P u C-139/21 P) (1)

    (Appell - Servizz pubbliku - Pensjoni - Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 20 tal-Anness VIII - Għoti ta’ pensjoni tas-superstiti - Konjuġi superstiti ta’ ex uffiċjal intitolat għal pensjoni tal-irtirar - Żwieġ konkluż wara t-tmiem tas-servizz ta’ dan l-uffiċjal - Kundizzjoni ta’ tul minimu ta’ ħames snin taż-żwieġ fid-data tal-mewt tal-uffiċjal - Artikolu 18 tal-Anness VIII - Żwieġ konkluż qabel it-tmiem tas-servizz tal-uffiċjal - Kundizzjoni ta’ tul minimu taż-żwieġ ta’ sena biss - Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 20 tal-Anness VIII - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 20 - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Artikolu 21(1) - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Artikolu 52(1) - Assenza ta’ distinzjoni arbitrarja jew manifestament inadegwata fir-rigward tal-għan li għandu jintlaħaq mil-leġiżlatur tal-Unjoni)

    (2022/C 359/04)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    (Kawża C-116/21 P)

    Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, B. Mongin u B. Schima, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedura: VW (rappreżentant: N. de Montigny, avocate), il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Boytha, J. Steele u J. Van Pottelberge, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Alver, M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

    (Kawża C-117/21 P)

    Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, B. Mongin u B. Schima, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedura: BT (rappreżentant: J.-N. Louis, avocat), il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Boytha, J. Steele u J. Van Pottelberge, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Alver u M. Bauer, aġenti), Association internationale des anciens de l’Union européenne (AIACE Internationale) (rappreżentanti: N. Maes, advocaat, u J. Van Rossum, avocat)

    (Kawża C-118/21 P)

    Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, B. Mongin u B. Schima, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedura: RN (rappreżentant: F. Moyse, avocat), il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Boytha, J. Steele u J. Van Pottelberge, aġenti)

    (Kawża C-138/21 P)

    Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Alver u M. Bauer, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedura: BT (rappreżentant: J.-N. Louis, avocat), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, B. Mongin u B. Schima, aġenti), il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Boytha, J. Steele u J. Van Pottelberge, aġenti), Association internationale des anciens de l’Union européenne (AIACE Internationale) (rappreżentanti: N. Maes, advocaat, u J. Van Rossum, avocat)

    (Kawża C-139/21 P)

    Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Alver u M. Bauer, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedura: VW (rappreżentant: N. de Montigny, avocate), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, B. Mongin u B. Schima, aġenti), il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Boytha, J. Steele u J. Van Pottelberge, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Diċembru 2020, VW vs Il-Kummissjoni (T-243/18, mhux ippubblikata, EU:T:2020:619), tas-16 ta’ Diċembru 2020, BT vs Il-Kummissjoni (T-315/19, mhux ippubblikata, EU:T:2020:622), u tas-16 ta’ Diċembru 2020, RN vs Il-Kummissjoni (T-442/17 RENV, EU:T:2020:618), huma annullati.

    2)

    Ir-rikorsi ta’ VW fil-Kawża T-243/18, ta’ BT fil-Kawża T-315/19 u ta’ RN fil-Kawża T-442/17 RENV huma miċħuda.

    3)

    VW hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kemm fil-Kawża T-243/18 kif ukoll fil-Kawżi C-116/21 P u C-139/21 P.

    4)

    BT hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kemm fil-Kawża T-315/19 kif ukoll fil-Kawżi C-117/21 P u C-138/21 P.

    5)

    RN hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea kemm fil-Kawżi F-104/15 u T-442/17 RENV kif ukoll fil-Kawża C-118/21 P.

    6)

    Il-Kummissjoni Ewropea u RN huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom fil-Kawża T-695/16 P.

    7)

    Il-Parlament Ewropew u l-Association internationale des anciens de l’Union européenne (AIACE Internationale) huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom fil-kawżi kollha li fihom intervjenew fl-ewwel istanza u fl-appelli, inkluż, fir-rigward tal-Parlament Ewropew, fil-Kawżi F-104/15 u T-695/16 P.


    (1)  ĠU C 182, 10.5.2021.


    Top