Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0739

Kawża T-739/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2020 – Unite the Union vs EUIPO – WWRD Ireland (WATERFORD)

ĠU C 62, 22.2.2021, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/36


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2020 – Unite the Union vs EUIPO – WWRD Ireland (WATERFORD)

(Kawża T-739/20)

(2021/C 62/47)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Unite the Union (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: B. O’Connor, Solicitor u M. Hommé, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: WWRD Ireland IPCO LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “WATERFORD” – Trade mark tal-Unjoni Nru 397 521

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2020 fil-Każ R 2683/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibdel id-deċiżjoni kkontestata b’mod li tipprovdi li t-trade mark WATERFORD għandha tiġi rrevokata fit-termini stabbiliti mill-Artikolu 58 tar-Regolament dwar it-trade marks;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu58(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top