Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0488

    Kawża T-488/20: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2020 – Guerlain vs EUIPO (Forma ta’ lipstick tawwalija, konika u ċilindrika)

    ĠU C 320, 28.9.2020, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.9.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 320/26


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2020 – Guerlain vs EUIPO (Forma ta’ lipstick tawwalija, konika u ċilindrika)

    (Kawża T-488/20)

    (2020/C 320/57)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Guerlain (Pariġi, Franza) (rappreżentant: T. de Haan, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ lipstick tawwalija, konika u ċilindrika) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 958 667

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 2292/2019-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti għall-finijet tal-proċedura quddiem l-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top