Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TB0725

    Kawża T-725/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Diċembru 2021 – Guangdong Haomei New Materials u Guangdong King Metal Light Alloy Technology vs Il-Kummissjoni (“Dumping – Importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina – Att li jimponi dazju antidumping provviżorju – Att li ma jistax jiġi appellat – Att preparatorju – Inammissibbiltà – Dazju antidumping definittiv – Tmiem tal-interess ġuridiku – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 119, 14.3.2022, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 119, 14.3.2022, p. 19–19 (GA)

    14.3.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 119/44


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Diċembru 2021 – Guangdong Haomei New Materials u Guangdong King Metal Light Alloy Technology vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-725/20) (1)

    (“Dumping - Importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina - Att li jimponi dazju antidumping provviżorju - Att li ma jistax jiġi appellat - Att preparatorju - Inammissibbiltà - Dazju antidumping definittiv - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    (2022/C 119/61)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Guangdong Haomei New Materials Co. Ltd (Qingyuan, iċ-Ċina), Guangdong King Metal Light Alloy Technology Co. Ltd (Yuan Tan Town, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Maresca, C. Malinconico, D. Guardamagna, M. Guardamagna, D. Maresca, A. Cerruti, A. Malinconico u G. La Malfa Ribolla, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo, P. Němečková u F. Tomat, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, prinċipalment, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1428 tat-12 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU 2020, L 336, p. 8), u, sussidjarjament, tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Guangdong Haomei New Materials Co. Ltd u Guangdong King Metal Light Alloy Technology Co. Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 44, 8.2.2021.


    Top